Category: Maltese Press Releases

Press Release: 27.Gimgħa – Staġun 2016/17

FINALI TAZZA 4 A-SIDE
FURJANA AJAX A JIRBĦU IT-TIENI UNUR

Furjana Ajax A ghelbu lil Mosta Horseshoe Bar A għat-tieni darba fi spazju ta` ġimgħa, b` rebħa ta` 9-7 fil-finali tat-tazza 4 a-side. L-ewwel erbgħa legs jintrebħu kollha mil-greens għall-vantaġġ kmieni fil-partita. Risposta mil-Mosta fejn irnexxilhom jirbħu tliet legs infila biex li iskor wara seba’ legs kien jaqra 4-3 favur

Read more

Press Release: 26.Gimgħa – Staġun 2016/17

MALTA PREMIER LEAGUE
NORBERT ATTARD CHAMPION NAZZJONALI

Norbert Attard irnexxilu jirbaħ l-ewwel edizzjoni tal-Malta Premier League of Darts wara li fil-finali jegħleb lil Albert Scerri bi iskor ta’ 7-5.Aktar kmieni fis-serata z-żewġ plejers faċilment rebħu s-semi finali tagħhom bi iskor identiku ta’ 5-0 fuq John Agius u Godfrey Abela rispettivament. Fil-finali Scerri irnexxilu jieħu vantaġġ

Read more

Press Release: 25.Gimgħa – Staġun 2016/17

TAZZA 4 U 5 A-SIDE – SEMI FINALI
FURJANA AJAX A U MOSTA HORSESHOE BAR A JIKKWALIFIKAW GĦAL ŻEWG FINALI

Fi spazju ta’ jumejn, Furjana Ajax A u Mosta Horseshoe Bar A jassiguraw posthom f’ żewġ finali. L-ewwel ntlagħbu logħbiet mil-leg ta’ ritorn tat-tazza 4 a-side fejn Mosta Horseshoe Bar A irnexxilhom iddawru żvantaġġ ta’ żewġ legs b’ rebħa ta’ 12-4 fuq Kalkara St Joseph

Read more

Press Release: 24.Gimgħa – Staġun 2016/17

NITAĠĦALLMU L-MATEMATIKA BID-DARTS

Aktar kmieni din is-sena, l-Malta Darts Association b’ kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-edukazzjoni taw bidu għal inizjattiva innovattiva fejn l-istudenti tal-kulleġġ San Ignazju ġewwa l-Handaq għandhom il-possibbiltà jitgħallmu l-matematika bl-użu tad-dartboard fejn waqt li l-istudenti jkunu qedin jipprattikaw il-logħba tad-darts huma jiġu mitluba

Read more

Press Release: 23.Gimgħa – Staġun 2016/17

MALTA PREMIER LEAGUE OF DARTS – IS-SEBA ĠIMGĦA
GODFREY ABELA U JOHN AGIUS JIKKWALIFIKAW MAT-TIM NAZZJONALI

Is-seba’ u l-aħħar ġimgħa mil-fażi tal-gruppi fil-kompetizzjoni Premier League ġewwa La Rovesciata, San Ġwann rat lil Godfrey Abela u John Agius jikkompletaw it-tim nazzjonali li ser jikkompeti fit-tazza tal-Mediterran ġewwa Franza fix-xahar ta’ Mejju. Huma jingħaqdu ma Norbert

Read more

Press Release: 22.Gimgħa – Staġun 2016/17

MALTA PREMIER LEAGUE OF DARTS – IS-SITT ĠIMGĦA
REBĦIET IMPORTANT GĦAL ALBERT SCERRI U DAVID ATTARD

Is-sitt ġimgħa mil-kompetizzjoni Premier League ġewwa r-Red Bar, Kalkara rat lil Albert Scerri jikkwalifika għall-fażi finali; Norbert Attard jestendi s-sensiela ta’ rebħiet għal-sitta u David Attard jżomm it-tamiet li jingħaqad ma ħuh, Norbert fil-fażi finali u tim nazzjonali li

Read more

Press Release: 21.Gimgħa – Staġun 2016/17

ROUND UP – L-GĦOXRIN U L-WIEĦED U GĦOXRIN ĠIMGĦA
KALKARA ST JOSEPH CHAMPIONS NAZZJONALI

L-ewwel Diviżjoni – Kalkara St Joseph jżommu l-kampjonat nazzjonali għat-tieni sena konsekuttiva wara draw ta` 4-4 fil logħba finali kontra l-kontendenti l` oħra għal-kampjonat, Furjana Ajax A. Kalkara ħadu l-vantaġġ permess ta` Martin Azzopardi bil-greens jirnexxielhom idawwru ir-riżultat għal-2-1 favur tagħhom b` rebħiet jaslu min Norbert Attard u John Ciantar. Andy Keen u Gordon Stanmore iġġibu d-draw fid-doppji imma għal-darba oħra Furjana jergaw jmorru fil-vantaġġ permess ta` David Attard. Stanmore jagħmilhom 3-3 u Vincent Busuttil jpoġġi lil Furjana fil-vantaġġ għat-tielet darba. It-tmien u l-aħħar logħba kienet ser tiddeċiedi d-destinazzjoni tal-kampjonat fejn għal Furjana lagħbu Busutill u Ciantar u għal-Kalkara Cohen u Azzopardi. Wara erbgħa legs li iskor kien jaqra 2-2. Fil-leg deċiżiva Azzopardi irnexxilu jagħlaq double 5 li tefghat lil plejers, diriġenti u sapporters ta` Kalkara f` dilirju ta` ferħ għar-rebħ ta` kampjonat diffiċli. Min naħa ta` isfel tal-klassifika Gudja POs Bar A ħarġu rebbieħa f` konfront dirett ma Bormla Bocci Club li tikkundanna lit-tim mil Kottonera jilgħab l-istaġun li ġej fit-tieni diviżjoni. It-tieni Diviżjoni – Rebħa ta` 6-2 barra min darhom għal-Ħamrun Education Bar A fuq Buġibba Munchies Pub tikkonferma t-titlu għat-tim Ħamruniż. Mosta Bocci Club ser jingħaqdu ma Birżebbuġa Cox Sports Club B fit-tielet diviżjoni l-istaġun li ġej wara li irnexxilhom biss jiksbu draw fil-logħba finali tagħhom.

It-tielet Diviżjoni – Ċelebrazzjoni doppja għal-Ħamruniżi wara li tieni tim tal-Education jassigura mil-promozzjoni b`rebħa ta` 6-2 fuq Mqabba St Mary BC fl-aħħar partita. Huma jingħaqdu ma Mosta Horseshoe Bar B fit-tieni diviżjoni wara li tim Mosti iddominat id-diviżjoni mingħajr telfa l-istaġun

Read more

Press Release: 16.Gimgħa (Tieni parti) – Staġun 2016/17

ROUND UP – IS-SITTAX IL-ĠIMGĦA
MOSTA HORSESHOE BAR B PROMOSSI FIT-TIENI DIVIŻJONI

It-tielet Diviżjoni – Rebħa faċli għal-Mosta Horseshoe Bar B fuq Hamrun Education Bar B bi iskor ta` 7-1 assigurat li tim Mosti l-istaġun li jmiss ser jilgħab fit-tieni diviżjoni. B` din ir-rebħa Horseshoe B jonqoshom biss punt wieħed biex jiġi inkurunati Champions tat-tielet diviżjoni. F` logħbiet oħra mil istess diviżjoni, Buġibba Intercontinental Sun City jirbħu kontra St Pauls Diamonds bi iskor ta` 5-3 biex waqfu s-sensiela ta` żewġ riżultati negattivi u issa jinsabu b` vantaġġ ta` ħames punti fuq Hamrun Education Bar B li lagħbu partita anqas fit-taqtija għat-tieni post. St Venera Red Square komplew fuq il-forma pożittiva bit-tielet rebħa konsekuttiva din id-darba fuq Mqabba St Mary BC bi iskor ta` 6-2. Riżultati – Is-sittax il-ġimgħa (17/03/2017) 3. Diviżjoni St. Venera Red Square v Mqabba St Mary BC 6-2; Hamrun Education Bar B v Mosta Horseshoe Bar B 1-7; St Paul`s Diamonds v Bugibba Interc. Sun City 3-5.

Klassifika – Is-sittax il-ġimgħa (17/03/2017)
3. Diviżjoni
1st Mosta Horseshoe Bar B (promossi) – 40 punt; 2nd Bugibba Intercontinental Sun City – 29 punt; 3rd Hamrun Education Bar B – 24 punt; 4th St. Venera Red Square – 20 punt; 5th Mqabba St. Mary BC – 15 punt; 6th

Read more

Press Release: 20.Gimgħa – Staġun 2016/17

ROUND UP –DSATAX U L-GĦOXRIN ĠIMGĦA
IL-KAMPJONAT SE JIĠI DEĊIŻ FL-AĦĦAR ĠURNATA

L-ewwel Diviżjoni – Kif kien mistenni, il-kampjonat nazzjonali tal-ewwel diviżjoni se jiġi deċiż fl-aħħar ġurnata wara rebħiet min Kalkara St Joseph u Furjana Ajax A fil-konfronti tagħhom kontra Mosta Horseshoe Bar A u BBugia Cox Sports Club A. Dawn iż-żewġ timijiet jiltaqaw nhar il-ġimgħa bit-tim ta Kalkara jgawdi vantaġġ ta` żewġ punti u b` hekk riżultat ta` draw jkun biżżejjed biex il-kampjonat jibqa’ għand Kalkara. Partita oħra kruċjali fl-ewwel diviżjoni tkun dik bejn Bormla Bocci Club u Gudja POs Bar A fejn rebħa biss għal-Gudja ssalvalhom posthom fl-għola diviżjoni.

It-tieni Diviżjoni – Buġibba Munchies Pub jingħaqdu ma Ħamrun Education Bar A fl-ewwel diviżjoni wara li kisbu l-punt meħtieġ għall-promozzjoni fi draw ta` 4-4 kontra Senglea M. Conquest. Ħamrun u Buġibba jiltaqaw fl-aħħar partita fejn rebħa jew draw għal-Ħamruniżi tarahom jsiru champions

Read more

Press Release: 19.Gimgħa – Staġun 2016/17

ROUND UP – TMINTAX/DSATAX IL-ĠIMGĦA
KALKARA SJ ISSAĦU L-EWWEL POST; ĦAMRUN EDUCATION BAR A PROMOSSI

L-ewwel Diviżjoni – Rebħa għal-Kalkara St Joseph fuq Birżebbuġa Cox Sports Club A bi iskor ta` 6-2 tpoġġihom pass il-bod mir-rebħ tal-kampjonat għat-tieni sena konsekuttiva wara li r-rivali, Furjana Ajax A irnexxilhom biss jiksbu punt kontra Mosta Horseshoe Bar A fi draw ta` 4-4. Hekk kif fadal biss żewġ logħbiet, it-tim ta` Kalkara issa jgawdi vantaġġ ta` żewġ punti fuq il-Greens. Min naħa ta` isfel tal-klassifika, rebħa importanti ta` 5-3 għal-Żejtun Beland Bullseye fuq Gudja POs Bar A li tkabbar id-distakk bejn iż-żewġ tims għall-ħames punti. It-tieni Diviżjoni –Ħamrun Education Bar A ser jilgħabu fl-għola diviżjoni l` istaġun li ġej wara rebħa fuq Senglea M. Conquest tassigura l-promozzjoni. Din ir-rebħa tfisser wkoll li t-tim Ħamruniż estenda s-sensiela ta` riżultati pożittivi għal-tnax il-logħba. Buġibba Munchies Pub jonqoshom punt wieħed biss biex jingħaqdu ma Ħamrun fl-ewwel diviżjoni wara rebħa importanti fuq Furjana Ajax B bi iskor ta` 5-3. Gudja POs Bar B kisbu punti importanti fil-ġlieda kontra ir-relegazzjoni fi draw ta` 4-4 kontra Mosta Bocci Club li jinsabu b` distakk ta żewġ punti min Gudja.

It-tielet Diviżjoni – Ħamrun Education Bar B jinsabu pass il-bod mil-promozzjoni wara rebħa faċli ta` 7-1 fuq Mgarr The Hatch tpoġġihom fit-tieni post, punt vantaġġ fuq Bugibba Sun City Pub.

Riżultati – It-tmintax/Dsatax il-ġimgħa (21/04/2017)
1. Diviżjoni

Read more