Press Release: 23.Gimgħa – Staġun 2016/17

MALTA PREMIER LEAGUE OF DARTS – IS-SEBA ĠIMGĦA
GODFREY ABELA U JOHN AGIUS JIKKWALIFIKAW MAT-TIM NAZZJONALI

Is-seba’ u l-aħħar ġimgħa mil-fażi tal-gruppi fil-kompetizzjoni Premier League ġewwa La Rovesciata, San Ġwann rat lil Godfrey Abela u John Agius jikkompletaw it-tim nazzjonali li ser jikkompeti fit-tazza tal-Mediterran ġewwa Franza fix-xahar ta’ Mejju. Huma jingħaqdu ma Norbert Attard u Albert Scerri li kienu diġà kwalifikaw aktar kmieni fil-kompetizzjoni.

Vincent Busuttil v Albert Scerri 4-2

F’ partita fejn l-ebda riżultat ma kien ser jbiddel il-klassifika finali rat lil veteran, Vincent Busuttil jalaq il-kampanja tiegħu b’ rebħa fuq Albert Scerri li kien diġà assigura postu fil-fażi finali. Busuttil jiftaħ vantaġġ doppju b’ risposta min Scerri fit-tielet leg. Ir-raba leg tintrebaħ min Busuttil u għal darba oħra Scerri jnaqqas id-distakk fil-ħames leg. Fis-sitt leg rajna ż-żewġ plejers ifallu numru ta’ darts fuq id-doppji u kien Busuttil li irnexxilu jalaq l-ewwel għat-tielet rebħa tiegħu f’ din il-kompetizzjoni.

Brian Abela v John Agius 0-4

John Agius irnexxilu jikseb post fit-tim nazzjonali għal l-ewwel darba fil-karriera tiegħu wara li fis-seba’ ġimgħa huwa kiseb rebħa faċli ta’ 4-0 fuq Brian Abela. J.Agius spiċċa din il-partita bl-aqwa 3 dart average personali tiegħu ta’ 82.35.

David Attard v Godfrey Abela 1-4

L-aktar partita mistennija mis-seba’ ġimgħa fejn rebħa għal-kwalunkwe plejer kienet tarah jikkwalifika għall-fażi finali. Bidu tajjeb min G.Abela ratu jirbaħ l-ewwel żewġ legs għall-vantaġġ doppju. It-tielet leg tintrebaħ min D.Attard, imma reazzjoni immedjata min Abela b’ rebħiet fi-raba u l-ħames legs tassigura rebħa tant importanti u kwalifkazzjoni għall-fażi finali u post fit-tim nazzjonali.

Norbert Attard v John Ciantar 4-0

N.Attard għalaq il-fażi tal-gruppi fuq rekord perfett, bi prestazzjoni brillanti f’ rebħa ta’ 4-0 fuq J.Ciantar. F’ din il-logħba, Attard jispiċċa fuq l-akbar 3 dart average ta’ l-istagun dak ta’ 103.65. Biex inpoġġu dan l-average ta’ livell għoli f’ perspettiva l-average fil-Premier League Ingliż dan l-istaġun huwa ta’ 97.63 u f’ dik il-kompetizzjoni jilgħabu plejers ta’ fama mondjali bħal Michael Van Gerwin, Phil Taylor u Gary Anderson.

Klassifika finali: 1st N.Attard (kwalifikat) – (7-0) 2nd A.Scerri (kwalifikat) – (4-3); 3rd G.Abela (kwalifikat) – (4-3); 4th J.Agius (kwalifikat) – (4-3); 5th D.Attard – (3-4); 6th V.Busuttil – (3-4); 7th J.Ciantar – (2-5); 8th B.Abela – (1-6).

Statistika: L-Aqwa 3-dart average – N.Attard – 103.65; L-Aqwa leg – N.Attard – 12; 180s – V.Busuttil – 1; L-Akbar għeluq – N.Attard – 92.

L-istreaming ta’ dawn il-logħbiet jinsab fuq is-sit ta’ YouTube tal-assoċjazzjoni – Malta Premier League of Darts 2016/17 – Day 7. Il-fażi finali tintlagħab nhar l-Erbgħa 26 ta’ April, ġewwa Red Square, St.Venera fejn fis-semi finali Norbert Attard jilgħab kontra John Agius u Albert Scerri kontra Godfrey Abela. Il-logħob jibda fit-8pm.

TAZZA 5 A-SIDE – SEMI FINALI

Mosta Horseshoe Bar A jinsabu pass il-bod mil-finali wara rebħa faċli fuq Birżebbuġa Cox Sports Club bi iskor ta’ 5-0 fl-ewwel leg mis-semi finali tat-tazza 5 a-side. Għal-Mosta jirbħu Tony Borg, Albert Scerri, Neville Grech, Edward Azzopardi u Godfrey Abela. It-tieni semi finali kienet kontestata miż-żewġ timijiet li dan l-istaġun qedin jissiltu għar-rebħ tal-kampjonat nazzjonali, Kalkara St Joseph u Furjana Ajax. Il-greens jieħdu vantaġġ minimu għal-logħba ta’ ritorn wara rebħa ta’ 3-2. Għal-Kalkara jirbħu Kirsten Aquilina u Andy Keen u għal-Furjana, Norbert Attard, David Attard u John Agius.

Il-leg ta ritorn ser jintlagħbu f’ 19/04.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association