Press Release: 21.Gimgħa – Staġun 2016/17

ROUND UP – L-GĦOXRIN U L-WIEĦED U GĦOXRIN ĠIMGĦA
KALKARA ST JOSEPH CHAMPIONS NAZZJONALI

L-ewwel Diviżjoni – Kalkara St Joseph jżommu l-kampjonat nazzjonali għat-tieni sena konsekuttiva wara draw ta` 4-4 fil logħba finali kontra l-kontendenti l` oħra għal-kampjonat, Furjana Ajax A. Kalkara ħadu l-vantaġġ permess ta` Martin Azzopardi bil-greens jirnexxielhom idawwru ir-riżultat għal-2-1 favur tagħhom b` rebħiet jaslu min Norbert Attard u John Ciantar. Andy Keen u Gordon Stanmore iġġibu d-draw fid-doppji imma għal-darba oħra Furjana jergaw jmorru fil-vantaġġ permess ta` David Attard. Stanmore jagħmilhom 3-3 u Vincent Busuttil jpoġġi lil Furjana fil-vantaġġ għat-tielet darba. It-tmien u l-aħħar logħba kienet ser tiddeċiedi d-destinazzjoni tal-kampjonat fejn għal Furjana lagħbu Busutill u Ciantar u għal-Kalkara Cohen u Azzopardi. Wara erbgħa legs li iskor kien jaqra 2-2. Fil-leg deċiżiva Azzopardi irnexxilu jagħlaq double 5 li tefghat lil plejers, diriġenti u sapporters ta` Kalkara f` dilirju ta` ferħ għar-rebħ ta` kampjonat diffiċli. Min naħa ta` isfel tal-klassifika Gudja POs Bar A ħarġu rebbieħa f` konfront dirett ma Bormla Bocci Club li tikkundanna lit-tim mil Kottonera jilgħab l-istaġun li ġej fit-tieni diviżjoni.

It-tieni Diviżjoni – Rebħa ta` 6-2 barra min darhom għal-Ħamrun Education Bar A fuq Buġibba Munchies Pub tikkonferma t-titlu għat-tim Ħamruniż. Mosta Bocci Club ser jingħaqdu ma Birżebbuġa Cox Sports Club B fit-tielet diviżjoni l-istaġun li ġej wara li irnexxilhom biss jiksbu draw fil-logħba finali tagħhom.

It-tielet Diviżjoni – Ċelebrazzjoni doppja għal-Ħamruniżi wara li tieni tim tal-Education jassigura mil-promozzjoni b`rebħa ta` 6-2 fuq Mqabba St Mary BC fl-aħħar partita. Huma jingħaqdu ma Mosta Horseshoe Bar B fit-tieni diviżjoni wara li tim Mosti iddominat id-diviżjoni mingħajr telfa l-istaġun kollu fuq sittax ir-rebħa u żewġ drawwiet.

Riżultati – L-għoxrin u l-wieħed u għoxrin ġimgħa (05/05/2017)
1. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Floriana Ajax A v Kalkara St Joseph 4-4; Mosta Horseshoe Bar A v BBugia Cox Sports Club A 8-0.
RELEGATION DIV: Bormla Bocci Club v Gudja POs Bar A 2-6; Zejtun Beland Bullseye v Zejtun Juventutis Domus 8-0.

2. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Senglea M. Conquest v Floriana Ajax B 4-4; Bugibba Munchies Pub v Hamrun Education Bar A 3-5.
RELEGATION DIV: Gudja POs Bar B v Cospicua Rangers 4-4; BBugia Cox Sports Club B v Mosta Bocci Club 4-4.

3. Diviżjoni
Mgarr The Hatch Sports Bar v St. Venera Red Square 3-5; Mosta Horseshoe Bar B v Bugibba Interc. Sun City 6-2; Hamrun Education Bar B v Mqabba St Mary BC 6-2.

Klassifika – L-għoxrin u l-wieħed u għoxrin ġimgħa (05/05/2017)
1. Diviżjoni – Klassifika finali
CHAMPIONSHIP DIVISION: 1st Kalkara St Joseph (champions) – 51 punt; 2nd Furjana Ajax A – 49 punt; 3rd Mosta Horseshoe Bar A – 38 punt; 4th BBugia Cox Sports Club A – 14 punt.
RELEGATION DIVISION: 5th Zejtun Beland Bullseye – 27 punt; 6th Gudja POs Bar A – 24 punt; 7th Bormla Bocci Club (relegati) – 19 punt; 8th Zejtun Juventutis Domus (relegati) – 2 punti.

2. Diviżjoni – Klassifika finali

CHAMPIONSHIP DIVISION: 1st Hamrun Education Bar A (champions) – 44 punt; 2nd Bugibba Munchies Pub (promossi) – 38 punt; 3rd Senglea M. Conquest – 33 punt; 4th Furjana Ajax B – 27 punt.
RELEGATION DIVISION: 5th Cospicua Rangers – 35 punt; 6th Gudja POs Bar B – 21 punt; 7th Mosta Bocci Club (relegati) – 19 il-punt; 8th BBugia Cox Sports Club B (relegated) – 4 punti.

3. Diviżjoni – Klassifika finali
1st Mosta Horseshoe Bar B (champions) – 50 punt; 2nd Hamrun Education Bar B (promossi) – 39 punt; 3rd Bugibba Intercontinental Sun City – 35 punt; 4th St. Venera Red Square – 27 punt; 5th Mqabba St. Mary BC – 16 il-punt; 6th St Pauls Diamonds – 11 il-punt; 7th Mgarr The Hatch Sports Bar – 4 punti.

RANKING TOURNAMENT – VII
NORBERT ATTARD JIRBAĦ IT-TIENI TITLU STAĠJONALI

Norbert Attard jagħmilhom tnejn it-titli staġjonali b` rebħa fit-tournament ta` Kalkara St Joseph wara li aktar kmieni fl-istaġun, rebaħ wkoll it-tournament imtella’ min Mqabba Lily Band Club. Fi triqtu għal-finali, Attard jiddomina kull partita b` rebħiet fuq A.Scerri, S.Agius, A.Keen 3-0 u fis-semi finali 4-0 fuq G.Stanmore. Fil-finali jegħleb l-isfida ta` J.Ciantar bi iskor ta` 5-3. Dan it-tournament kien organizzat f’isem Charles Ghiller, wieħed mil-aqwa plejers f-istorja tad-darts lokali li miet f` età ta 70 sena f` Diċembru ta` 2016.

TAZZA 5 A-SIDE – KWARTI TAL-FINALI

Jintlagħbu t-tieni leg mil-kwarti tal-finali tat-tazza 4 a-side fejn Mosta Horseshoe Bar, Furjana Ajax A, Kalkara St Joseph u BBugia Cox Sports Club jiksbu post fis-semi finali. Ir-riżultati mil-logħbiet jaqraw hekk:
Senglea M. Conquest v BBugia Cox Sports Club 1-4 (Agg: 4-6); Hamrun Education Bar A v Mosta Horseshoe Bar 2-3 (Agg: 3-7); Gudja POs Bar B v Floriana Ajax A 0-5 (Agg: 0-5); Zejtun Beland Bullseye v Kalkara St Joseph 0-5 (Agg: 1-9).

Il-semi finali jintlagħbu f 06/04 u 19/04 b dawn il-logħbiet skedati: BBugia Cox Sports Club v Mosta Horseshoe Bar and Floriana Ajax A v Kalkara St Joseph.

TAZZA 4 A-SIDE – KWARTI TAL-FINALI

Jintlagħbu l-ewwel leg mil-kwarti tal-finali tat-tazza 4 a-side bit-tims ta` Mosta Horseshoe Bar A, Furjana Ajax A u żewġ tims ta Kalkara St Joseph jieħdu vantaġġ għal-leg ta` ritorn li ser jintlagħbu fit-28/03.

Riżultati: Kalkara St Joseph A v Mosta Horseshoe Bar C 10-6; Floriana Ajax A v Floriana Ajax B 11-5; Mosta Horseshoe Bar A v Cospicua Rangers 13-3; Senglea M. Conquest v Kalkara St Joseph B 3-13.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association