Press Release: 27.Gimgħa – Staġun 2016/17

FINALI TAZZA 4 A-SIDE
FURJANA AJAX A JIRBĦU IT-TIENI UNUR

Furjana Ajax A ghelbu lil Mosta Horseshoe Bar A għat-tieni darba fi spazju ta` ġimgħa, b` rebħa ta` 9-7 fil-finali tat-tazza 4 a-side. L-ewwel erbgħa legs jintrebħu kollha mil-greens għall-vantaġġ kmieni fil-partita. Risposta mil-Mosta fejn irnexxilhom jirbħu tliet legs infila biex li iskor wara seba’ legs kien jaqra 4-3 favur il-Furjana. Il-vantaġġ reġa’ kiber għal-tlieta b` rebħiet għal-Furjana jaslu permess ta` l-aħwa Attard. Għal-darba oħra risposta immedjata mil-Mosta b` rebħiet fl-għaxar u l-ħdax il-leg jaslu min Neville Grech u Albert Scerri. Furjana pass il-bod mir-rebħ tat-tazza wara rebħiet ta` żewġ legs oħra, imma Mosta jirrispondu b` żewġ legs favur tahom biex li iskor wara ħmistax il-leg kien jaqra 8-7 favur il-Furjana. Is-sittax u l-aħħar leg deċiżiva kienet ikkontestata min Godfrey Abela għal-Mosta u John Ciantar għal-Furjana, b` Ciantar joħroġ rebbieħ b` għeluq ta` 84 fuq il-bull li ta` lil Furjana id-double tat-tazzi lokali.

Riżultati tal-plejers individwali: FURJANA – N.Attard (3-1); J.Ciantar (3-1); D.Attard (2-2); V.Busutill (1-3) – MOSTA: A.Scerri (3-1); N.Grech (2-2); G.Abela (1-3); T.Borg (1-3).

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association