Press Release: 22.Gimgħa – Staġun 2016/17

MALTA PREMIER LEAGUE OF DARTS – IS-SITT ĠIMGĦA
REBĦIET IMPORTANT GĦAL ALBERT SCERRI U DAVID ATTARD

Is-sitt ġimgħa mil-kompetizzjoni Premier League ġewwa r-Red Bar, Kalkara rat lil Albert Scerri jikkwalifika għall-fażi finali; Norbert Attard jestendi s-sensiela ta’ rebħiet għal-sitta u David Attard jżomm it-tamiet li jingħaqad ma ħuh, Norbert fil-fażi finali u tim nazzjonali li ser jipparteċipa f’ Marzu fit-tazza tal-Mediterran ġewwa Franza.

Albert Scerri v John Agius 4-1

Scerri lura għar-rebħ wara żewġ telfiet konsekuttivi b’ rebħa komda fuq John Agius bi iskor ta’ 4-1. Parita wara żewġ leg, b’ Scerri jirbaħ l-ewwel u Agius it-tieni leg. It-tielet leg kienet kruċjali għaż-żewġ plejers b’ Scerri joħroġ rebbieħ u bil-momentum fuq in-naħa tiegħu irnexxilu jirbaħ wkoll ir-raba u l-ħames leg għal-rebħa mportanti li tassigura post fil-fażi finali. Id-destin ta’ Agius, jiddependi kollox fl-aħħar partita mil-fażi tal-gruppi fejn rebħa kontra Brian Abela tarah wkoll jikkwalifika għall-fażi finali u post fit-tim nazzjonali għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu.

Norbert Attard v Brian Abela 4-0

Rekord perfett għal-Attard wara sitt logħbiet f’ din l-ewwel edizzjoni tal-Malta Premier League of Darts. Fis-sitt ġimgħa huwa faċilment għeleb li Brian Abela 4-0, bi 3-dart average ta’ 80,16. Fl-aħħar partita, Attard jilgħab kontra John Ciantar fejn żgur li ser jagħmel l-almu tiegħu biex jikseb rebħa oħra u jagħlaq il-fażi tal-gruppi fuq 100% rekord.

David Attard v John Ciantar 4-1

Qabel din il-partita dawn iż-żewġ plejers kienu jinsabu fuq rekord ta’ 2-3 u b’ hekk din kienet logħba li riedu jirbħu akkost ta’ kollox. Jinqasmu l-ewwel żewġ legs b’ Attard jirbaħ l-ewwel leg u risposta min Ciantar fit-tieni leg. Sfortunatament għal-Ciantar ma jirnexxilux jibni fuq il-leg preċedenti b’ Attard japprofitta b’ rebħiet fit-tielet, raba u l-ħames leg għal-rebħa mportanti li temmet it-tamiet ta’ Ciantar għal din l-edizzjoni. Fl-aħħar partita, Attard jilgħab kontra Godfrey Abela fejn ir-rebbieħ ta’ dak il-konfront jikkwalifika għall-fażi finali.

Godfrey Abela v Vincent Busuttil 1-4

L-aħħar partita mis-sitt ġurnata tal-Premier League rat lil veteran, Busuttil jirbaħ fuq G.Abela biex b’ hekk temm il-fażi negattiva ta’ erbgħa telfiet konsekuttivi. Busuttil jirbaħ l-ewwel żewġ legs, b’ Abela inaqqas id-distakk fit-tielet leg. F’ serata li rat lil Abela jilgħab l-agħar logħba tiegħu f’ din il-kompetizzjoni, Busuttil japprofitta b’ rebħiet fir-raba u l-ħames leg għat-tieni rebħa personali.

Klassifika: 1st N.Attard (kwalifikat) – (6-0) 2nd A.Scerri (kwalifikat) – (4-2); 3rd G.Abela – (3-3); 4th J.Agius – (3-3); 5th D.Attard – (3-3); 6th J.Ciantar – (2-4); 7th V.Busutill – (2-4); 8th B.Abela – (1-5).
Statistika: L-Aqwa 3-dart average – N.Attard – 80,16; L-Aqwa leg – N.Attard – 15; 180s – l-ebda plejer; L-Akbar għeluq – N.Attard – 100.

L-istreaming ta’ dawn il-logħbiet jinsab fuq is-sit ta’ YouTube tal-assoċjazzjoni – Malta Premier League of Darts 2016/17 – Day 6. Is-seba’ ġimgħa tintlgħab nhar l-Erbgħa 5 ta’ April 2017 ġewwa La Roviescata, San Ġwann bil-logħob jibda fit-8pm.

RANKING TOURNAMENT – VIII
ANDY KEEN JIRBAĦ GEWWA Ż-ŻEJTUN DOMUS

L-aħħar ranking tournament staġjonali ġie organizzat mit-tim ta’ Żejtun Juventutis Domus b’ Andy Keen ta’ Kalkara St Joseph joħroġ rebbieħ fejn fil-finali għeleb lil Godfrey Abela ta Mosta Horseshoe Bar. Fit-tielet post jispiċċaw żewġ plejers oħra ta’ Mosta, Albert Scerri u Tony Borg.

TAZZA 4 A-SIDE – KWARTI TAL-FINALI

Jintlagħbu t-tieni leg mil-kwarti tal-finali tat-tazza 4 a-side bit-tims ta’ Kalkara St Joseph A u B; Mosta Horseshoe Bar A u Furjana Ajax A jikkwalifikaw għas-semi finali.
Ir-riżultati mil-logħbiet jaqraw hekk:
Mosta Horseshoe Bar C v Kalkara St Joseph A 8-8 (Agg: 14-18); Furjana Ajax B v Furjana Ajax A 6-10 (Agg: 11-21); Cospicua Rangers v Mosta Horseshoe Bar A 3-13 (Agg: 6-26); Kalkara St Joseph B v Senglea M. Conquest 12-4 (Agg: 25-7).

Il-semi finali jintlagħbu f’ 11/04 u 18/04 b’ dawn il-logħbiet skedati: Kalkara St Joseph A v Floriana Ajax A u Mosta Horseshoe Bar A v Kalkara St Joseph B.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association