Press Release: 20.Gimgħa – Staġun 2016/17

ROUND UP –DSATAX U L-GĦOXRIN ĠIMGĦA
IL-KAMPJONAT SE JIĠI DEĊIŻ FL-AĦĦAR ĠURNATA

L-ewwel Diviżjoni – Kif kien mistenni, il-kampjonat nazzjonali tal-ewwel diviżjoni se jiġi deċiż fl-aħħar ġurnata wara rebħiet min Kalkara St Joseph u Furjana Ajax A fil-konfronti tagħhom kontra Mosta Horseshoe Bar A u BBugia Cox Sports Club A. Dawn iż-żewġ timijiet jiltaqaw nhar il-ġimgħa bit-tim ta Kalkara jgawdi vantaġġ ta` żewġ punti u b` hekk riżultat ta` draw jkun biżżejjed biex il-kampjonat jibqa’ għand Kalkara. Partita oħra kruċjali fl-ewwel diviżjoni tkun dik bejn Bormla Bocci Club u Gudja POs Bar A fejn rebħa biss għal-Gudja ssalvalhom posthom fl-għola diviżjoni.

It-tieni Diviżjoni – Buġibba Munchies Pub jingħaqdu ma Ħamrun Education Bar A fl-ewwel diviżjoni wara li kisbu l-punt meħtieġ għall-promozzjoni fi draw ta` 4-4 kontra Senglea M. Conquest. Ħamrun u Buġibba jiltaqaw fl-aħħar partita fejn rebħa jew draw għal-Ħamruniżi tarahom jsiru champions u f` każ ta` rebħa għall-Buġibba, jkun hemm bżonn jintlagħab decider. Min naħa ta` isfel tal-klassifika, rebħa importanti għal-Mosta Bocci Club bi iskor ta` 5-3 fuq Cospicua Rangers iżżomm it-tamiet li jżommu posthom fid-diviżjoni. Fl-aħħar konfront huma jilgħabu kontra BBugia Cox Sports Club B li huma diġà relegati u Gudja POs Bar B li għandhom żewġ punti vantaġġ fuq Mosta jospitaw lil-Cospicua Rangers.

It-tielet Diviżjoni – Ħamrun Education Bar B josptiaw lil Mqabba St Mary fl-aħħar partita fejn tliet punti għal-Education tarahom jingħaqdu ma Mosta Horseshoe Bar B fit-tieni diviżjoni l-istaġun li ġej. Buġibba Sun City li jinsabu punt wara Ħamrun jilgħabu partita diffiċli kontra ic-Champions Mosta Horseshoe Bar B nhar il-ġimgħa.

Riżultati – Dsatax u l-għoxrin ġimgħa (28/04/2017)
1. Diviżjoni (GW19)
CHAMPIONSHIP DIV: Kalkara St Joseph v Mosta Horseshoe Bar A 5-3; Floriana Ajax A v BBugia Cox Sports Club A 8-0.
RELEGATION DIV: Zejtun Beland Bullseye v Bormla Bocci Club 4-4; Gudja POs Bar A v Zejtun Juventutis Domus 8-0.

2. Diviżjoni (GW19)
CHAMPIONSHIP DIV: Senglea M. Conquest v Bugibba Munchies Pub 4-4; Hamrun Education Bar A v Floriana Ajax B 5-3.
RELEGATION DIV: Cospicua Rangers v Mosta Bocci Club 3-5; BBugia Cox Sports Club B v Gudja POs Bar B 3-5.

3. Diviżjoni (GW20)
St. Venera Red Square v Hamrun Education Bar B 3-5; Bugibba Interc. Sun City v Mgarr The Hatch Sports Bar 8-0; Mqabba St Mary BC v St Paul`s Diamonds 4-4.

Klassifika – Dsatax u l-għoxrin ġimgħa (28/04/2017)
1. Diviżjoni (GW19)
CHAMPIONSHIP DIVISION: 1st Kalkara St Joseph – 50 punt; 2nd Furjana Ajax A – 48 punt; 3rd Mosta Horseshoe Bar A – 35 punt; 4th BBugia Cox Sports Club A – 14 punt.
RELEGATION DIVISION: 5th Zejtun Beland Bullseye – 24 punt; 6th Bormla Bocci Club – 22 punt; 7th Gudja POs Bar A – 21 punt; 8th Zejtun Juventutis Domus (relegated) – 2 punti.

2. Diviżjoni (GW19)

CHAMPIONSHIP DIVISION: 1st Hamrun Education Bar A (promossi) – 41 punt; 2nd Bugibba Munchies Pub (promossi) – 38 punt; 3rd Senglea M. Conquest – 32 punt; 4th Furjana Ajax B – 26 punt.
RELEGATION DIVISION: 5th Cospicua Rangers – 34 punt; 6th Gudja POs Bar B – 20 punt; 7th Mosta Bocci Club – 18 il-punt; 8th BBugia Cox Sports Club B (relegated) – 3 punti.

3. Diviżjoni (GW20)
1st Mosta Horseshoe Bar B (champions) – 47 punt; 2nd Hamrun Education Bar B – 36 punt; 3rd Bugibba Intercontinental Sun City – 35 punt; 4th St. Venera Red Square – 24 punt; 5th Mqabba St. Mary BC – 16 il-punt; 6th St Pauls Diamonds – 11 il-punt; 7th Mgarr The Hatch Sports Bar – 4 punti.

Logħbiet – L-Għoxrin u l-wieħed u għoxrin ġimgħa (05/05/2017)
1. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Floriana Ajax A v Kalkara St Joseph; Mosta Horseshoe Bar A v BBugia Cox Sports Club A.
RELEGATION DIV: Bormla Bocci Club v Gudja POs Bar A

2. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Senglea M. Conquest v Floriana Ajax B; Bugibba Munchies Pub v Hamrun Education Bar A.
RELEGATION DIV: Gudja POs Bar B v Cospicua Rangers; BBugia Cox Sports Club B v Mosta Bocci Club.

3. Diviżjoni
Mgarr The Hatch Sports Bar v St. Venera Red Square; Mosta Horseshoe Bar B v Bugibba Interc. Sun City; Hamrun Education Bar B v Mqabba St Mary BC.

TAZZA SUPER CUP
SCERRI JIRBAĦ IT-TITLU GĦAT-TIENI SENA KONSEKUTTIVA

Fix-xahar ta’ Marzu ntlagħbu logħob mil-fażi finali ta’ tazza Super Cup fejn għat-tieni sena konsekuttiva, Albert Scerri rebaħ dan l-unur. Fit-triqtu lejn il-finali, Scerri rebaħ kontra Brian Abela ta’ Mosta Horseshoe Bar 3-1, Chris Cohen 3-0, Andy Keen 3-2 u Mario Aquilina 4-1 dawn il-plejers kollha jilgħabu ma tim ta’ Kalkara St Joseph. L-avversarju fil-finali kien plejer ieħor ta Kalkara, Gordon Stanmore. F’ partita eċċitanti quddiem folla numeruża ġewwa z-Żejtun Domus, Scerri joħroġ rebbieħ bl iskor ta’ 5-3 għal-titlu ieħor fi staġun brillanti għal-plejer.

RANKING TOURNAMENT – V
IT-TIELET TITLU GĦAL-ALBERT SCERRI

Wara rebħiet fit-tournaments ta’ Tottenham Hotspurs u Marsa St Michaels, Albert Scerri jagħmilhom tlieta b’ rebħa fit-tournament imtella’ min Cospicua Rangers. Fil-finali huwa jirbaħ kontra Andy Keen ta’ Kalkara u fit-tielet post jikklassifikaw Tony Borg u Brian Abela ta’ Mosta Horseshoe.
It-tournament li jmiss fuq il-kalendarju lokali huwa dak ta’ Żejtun Domus fis-26 ta’ Marzu.

LADIES CHALLENGE SHIELD

Tingħata bidu għat-tielet edizzjoni taċ-Challenge Shield femminili fejn wara t-tieni rawnd ta’ logħob insibu lil Carol Woodcock fuq quddiem b’ għaxar punti, segwita min Jane Agius Baggaley bi tmien punti u Carin Bauchope, Lesley Tucker, Dianne Cass fuq sitt punti. Il-logħob min din il-kompetizzjoni jintlagħbu kull nhar ta’ Ħamis fil-Munchies Pub ġewwa Buġibba fix-xhur ta’ Marzu u April.

Il-klassifika wara żewġ rawnds ta’ logħob: 1st C.Bauchope – 10 punti; 2nd J.Agius Baggaley – 8 punti; 3rd C.Bauchope, L.Tucker, D.Cass – 7 punti; 6th E.Liddell – 6 punti; 7th B.Keen, J.Petit, J.Caruana, M.Stephens, M.McVeigh, S.Buhagiar – 5 punti; 13th T.Chambers, E.Grech, C.Smith – 4 punti; 16th M.Zammit Borg – 1 punt.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association