Press Release: 19.Gimgħa – Staġun 2016/17

ROUND UP – TMINTAX/DSATAX IL-ĠIMGĦA
KALKARA SJ ISSAĦU L-EWWEL POST; ĦAMRUN EDUCATION BAR A PROMOSSI

L-ewwel Diviżjoni – Rebħa għal-Kalkara St Joseph fuq Birżebbuġa Cox Sports Club A bi iskor ta` 6-2 tpoġġihom pass il-bod mir-rebħ tal-kampjonat għat-tieni sena konsekuttiva wara li r-rivali, Furjana Ajax A irnexxilhom biss jiksbu punt kontra Mosta Horseshoe Bar A fi draw ta` 4-4. Hekk kif fadal biss żewġ logħbiet, it-tim ta` Kalkara issa jgawdi vantaġġ ta` żewġ punti fuq il-Greens. Min naħa ta` isfel tal-klassifika, rebħa importanti ta` 5-3 għal-Żejtun Beland Bullseye fuq Gudja POs Bar A li tkabbar id-distakk bejn iż-żewġ tims għall-ħames punti.

It-tieni Diviżjoni –Ħamrun Education Bar A ser jilgħabu fl-għola diviżjoni l` istaġun li ġej wara rebħa fuq Senglea M. Conquest tassigura l-promozzjoni. Din ir-rebħa tfisser wkoll li t-tim Ħamruniż estenda s-sensiela ta` riżultati pożittivi għal-tnax il-logħba. Buġibba Munchies Pub jonqoshom punt wieħed biss biex jingħaqdu ma Ħamrun fl-ewwel diviżjoni wara rebħa importanti fuq Furjana Ajax B bi iskor ta` 5-3. Gudja POs Bar B kisbu punti importanti fil-ġlieda kontra ir-relegazzjoni fi draw ta` 4-4 kontra Mosta Bocci Club li jinsabu b` distakk ta żewġ punti min Gudja.

It-tielet Diviżjoni – Ħamrun Education Bar B jinsabu pass il-bod mil-promozzjoni wara rebħa faċli ta` 7-1 fuq Mgarr The Hatch tpoġġihom fit-tieni post, punt vantaġġ fuq Bugibba Sun City Pub.

Riżultati – It-tmintax/Dsatax il-ġimgħa (21/04/2017)
1. Diviżjoni (GW18)
CHAMPIONSHIP DIV: Mosta Horseshoe Bar A v Furjana Ajax A 4-4; BBugia Cox Sports Club A v Kalkara St Joseph 2-6.
RELEGATION DIV: Gudja POs Bar A v Zejtun Beland Bullseye 3-5; Bormla Bocci Club v Zejtun Juventutis Domus 8-0.

2. Diviżjoni (GW18)
CHAMPIONSHIP DIV: Furjana Ajax B v Bugibba Munchies Pub 3-5; Senglea M. Conquest v Hamrun Education Bar A 3-5.
RELEGATION DIV: Cospicua Rangers v BBugia Cox Sports Club B 6-2; Mosta Bocci Club v Gudja POs Bar B 4-4.

3. Diviżjoni (GW19)
Hamrun Education Bar B v Mgarr The Hatch Sports Bar 7-1; Mosta Horseshoe Bar B v Mqabba St Mary BC 8-0; St Paul`s Diamonds v St. Venera Red Square 1-7.

Klassifika – It-tmintax/Dsatax il-ġimgħa (21/04/2017)
1. Diviżjoni (GW18)
CHAMPIONSHIP DIVISION: 1st Kalkara St Joseph – 47 punt; 2nd Furjana Ajax A – 45 punt; 3rd Mosta Horseshoe Bar A – 35 punt; 4th BBugia Cox Sports Club A – 14 punt.
RELEGATION DIVISION: 5th Zejtun Beland Bullseye – 23 punt; 6th Bormla Bocci Club – 21 punt; 7th Gudja POs Bar A – 18 il-punt; 8th Zejtun Juventutis Domus (relegated) – 2 punti.

2. Diviżjoni (GW18)

CHAMPIONSHIP DIVISION: 1st Hamrun Education Bar A (promossi) – 38 punt; 2nd Bugibba Munchies Pub – 37 punt; 3rd Senglea M. Conquest – 31 punt; 4th Furjana Ajax B – 26 punt.
RELEGATION DIVISION: 5th Cospicua Rangers – 34 punt; 6th Gudja POs Bar B – 17 punt; 7th Mosta Bocci Club – 15 il-punt; 8th BBugia Cox Sports Club B (relegated) – 3 punti.

3. Diviżjoni (GW19)
1st Mosta Horseshoe Bar B (champions) – 47 punt; 2nd Hamrun Education Bar B – 33 punt; 3rd Bugibba Intercontinental Sun City – 32 punt; 4th St. Venera Red Square – 24 punt; 5th Mqabba St. Mary BC – 15 il-punt; 6th St Pauls Diamonds – 10 punti; 7th Mgarr The Hatch Sports Bar – 4 punti.

Logħbiet –Dsatax u l-Għoxrin ġimgħa (28/04/2017)
1. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Kalkara St Joseph v Mosta Horseshoe Bar A; Floriana Ajax A v BBugia Cox Sports Club A.
RELEGATION DIV: Zejtun Beland Bullseye v Bormla Bocci Club.

2. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Senglea M. Conquest v Bugibba Munchies Pub; Hamrun Education Bar A v Floriana Ajax B.
RELEGATION DIV: Cospicua Rangers v Mosta Bocci Club; BBugia Cox Sports Club B v Gudja POs Bar B.

3. Diviżjoni
St. Venera Red Square v Hamrun Education Bar B; Bugibba Interc. Sun City v Mgarr The Hatch Sports Bar; Mqabba St Mary BC v St Paul`s Diamonds.

MALTA PREMIER LEAGUE OF DARTS – IL-ĦAMES ĠIMGĦA

Il-ħames ġimgħa mil-kompetizzjoni Premier League ġewwa l-Università ta Malta ipproduċiet rebħiet għal-Norbert Attard, Godfrey Abela, John Agius u Brian Abela.

John Ciantar v Godfrey Abela 3-4

Żewġ plejers li bdew il-ħames ġimgħa b’ rekord ta’ 2-2 fetħu s-serata b’ logħba eċċitanti li kienet deċiża biss fil-leg finali. Ciantar beda l-aħjar u ha vantaġġ doppju imma risposta immedjata min Abela poġġiet il-konfront f’ parita wara erbgħa legs. Il-ħames leg intrebħet min Ciantar imma għal darba oħra Abela jilivella li iskor bl-aqwa leg tal-partita ta’ erbatax il-dart fis-sitt leg. Is-seba’ u l-aħħar leg kienet kombatuta b’ żewġ plejers jikkanċellaw li iskors ta’ xulxin biex fl-aħħar kien Abela li għalaq il-partita l-ewwel għat-tielet rebħa konsekuttiva li tpoġġih pass il-bod mil-kwalifikazjoni għall-finals night u post fit-tim nazzjonali li ser jikkompeti fit-tazza tal-Mediterran ġewwa Franza fix-xahar ta’ Mejju.

John Agius v Vincent Busutill 4-3

J.Agius jerġa lura għar-rebħ din id-darba fuq il-kollega tiegħu ta’ Furjana Ajax, Vincent Busutill wara li kien megħlub fit-tielet u raba ġimgħa tal-kampjonat. L-ewwel sitt legs intemmu f’ parita ta’ 3-3 biex għat-tieni darba fil-ħames ġimgħa l-logħba kienet ser tiġi deċiża fis-seba’ leg finali. Agius jiddomina l-aħħar leg għal-rebħa importanti li tpoġġieħ fir-raba post fuq rekord ta’ 3-2.

Norbert Attard v Albert Scerri 4-1

L-ewwel żewġ plejers klassifikati fil-kampjonat jiltaqaw fit-tielet partita mil-programm, b’ Attard jkompli fuq it-triq tar-rebħ bi prestazzjoni brillanti kontra Albert Scerri. Attard irnexxilu jieħu vantaġġ ta’ 3-0 f’ radda ta’ salib bi iskors għoljin u għeluq effiċjenti. Scerri evita whitewash b’ rebħa fil-ħames leg imma Attard kompla min fejn ħalla fit-tielet leg biex temm il-konfront b’ rebħa ta 4-1 fejn kellu average ta’ 107.10 fl-ewwel disa darts u 86.52 3-dart average. B’ din ir-rebħa, Norbert ikkonferma postu fil-fażi finali u post fit-tim nazzjonali.

Brian Abela v David Attard 4-3

B.Abela jirbaħ l-ewwel logħba tiegħu f’ dawn il-kampjonati b’ rimonta brillanti fuq David Attard wara li sab ruħu 3-0 min taħt. Attard jitlef numru ta’ opportunitajiet li jirbaħ il-partita fir-raba, ħames, sitt u seba’ leg b’ Abela japprofitta kull darba. B’ din-rebħa Abela jżomm it-tamiet ħajjin li jispiċċa ma l-ewwel erbgħa.

Klassifika: 1st N.Attard – (5-0) 2nd A.Scerri – (3-2); 3rd G.Abela – (3-2); 4th J.Agius – (3-2); 5th D.Attard, J.Ciantar – (2-3); 7th V.Busutill – (1-4); 8th B.Abela – (1-4).
Statistika: L-Aqwa 3-dart average – N.Attard – 86.52; L-Aqwa leg – N.Attard – 14; 180s – J.Ciantar, J.Agius, N.Attard, G.Abela – 1; L-Akbar għeluq – B.Abela – 96.

L-istreaming ta’ dawn il-logħbiet jinsab fuq is-sit ta’ YouTube tal-assoċjazzjoni – Malta Premier League of Darts 2016/17 – Day 5. Il-sitt ġimgħa tintlgħab nhar l-Erbgħa 29 ta’ Marzu2017 ġewwa Red Bar, Kalkara bil-logħob jibda fit-8pm.

RANKING TOURNAMENT – IV
ANDY KEEN JIRBAĦ GEWWA L-MOSTA HORSESHOE BAR

Il-ħames kompetizzjoni ranking tal-istaġun haditna ġewwa l-Mosta fejn Andy Keen ta’ Kalkara St Joseph irnexxilu jirbaħ l-ewwel unur personali f’ dan l-istaġun. Fil-finali huwa jirbaħ kontra Godfrey Abela ta’ Mosta Horseshoe u fit-tielet post jikklassifikaw Albert Scerri u Brian Abela, wkoll ta’ Mosta Horseshoe.

It-tournaments li jmiss fuq il-kalendarju lokali huma: Kalkara St Joseph fis-19 ta’ Marzu u Zejtun Domus fis-26 ta’ Marzu.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association