Press Release: 25.Gimgħa – Staġun 2016/17

TAZZA 4 U 5 A-SIDE – SEMI FINALI
FURJANA AJAX A U MOSTA HORSESHOE BAR A JIKKWALIFIKAW GĦAL ŻEWG FINALI

Fi spazju ta’ jumejn, Furjana Ajax A u Mosta Horseshoe Bar A jassiguraw posthom f’ żewġ finali. L-ewwel ntlagħbu logħbiet mil-leg ta’ ritorn tat-tazza 4 a-side fejn Mosta Horseshoe Bar A irnexxilhom iddawru żvantaġġ ta’ żewġ legs b’ rebħa ta’ 12-4 fuq Kalkara St Joseph B u Furjana Ajax A b’ rebħa minima ta’ 9-7 fuq Kalkara St Joseph A fejn l-ewwel leg kien intemm fi draw ta’ 8-8. Ġurnata wara jintlagħbu s-semi finali mit-tazza 5 a-side fejn il-Greens għal-darba oħra irnexxilhom jeliminaw lit-tim ta’ Kalkara b’ aggregate ta’ 7-3 u mis-semi finali l-oħra Mosta Horseshoe ħarġu rebbieħa bi iskor kbir ta’ 10-0 fuq Birżebbuġa Cox Sports Club.

Il-finali ser jintlagħbu: 25/04 il-finali tat-tazza 5 a-side ġewwa z-Żejtun Beland u f’ 03/05 il-finali tal-4 a-side ġewwa l-Kalkara St Joseph, Red Bar bil-logħob jibda fit-8:00pm.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association