Category: Maltese Press Releases

Press Release: 18.Gimgħa – Staġun 2016/17

ROUND UP – TMINTAX IL-ĠIMGĦA
PASS KBIR GĦAL-ĦAMRUN EDUCATION BAR B FL-ISFIDA GĦAL-PROMOZZJONI

It-tielet Diviżjoni – Hamrun Education Bar B għamlu pass kbir lejn il-promozzjoni meta fil-konfront dirett ta` tmiem il-ġimgħa min-naħa ta` fuq tal-klassifika huma għelbu lil Buġibba Sun City bi-iskor ta` 5-3. Matul l-istaġun it-tim min Buġibba gawda min vantaġġ ta` bejn ħames u tmien punti fuq l-avversarji tagħhom imma wara din it-telfa d-distakk naqas għaż-żewġ punti bit-tim Ħamruniż jilgħabu logħba anqas. Mil-partiti l-oħra mit-tielet diviżjoni c-champions, Mosta Horseshoe Bar B spiċċaw fi draw ta` 4-4 kontra St Venera Red Square u logħba bejn iż-żewġ timijiet li jokkupaw l-aħħar postijiet fil-klassifika rajna lil St Paul`s Diamonds jiksbu rebħa faċli ta` 7-1 fuq Mgarr The Hatch. Riżultati – It-tmintax il-ġimgħa (30/03/2017) 3. Diviżjoni Mgarr The Hatch Sports Bar v St Paul`s Diamonds 1-7; Hamrun Education Bar B v Bugibba Interc. Sun City 5-3; St. Venera Red Square v Mosta Horseshoe Bar B 4-4.

Klassifika – It-tmintax il-ġimgħa (30/03/2017)
3. Diviżjoni
1st Mosta Horseshoe Bar B (Champions) – 44 punt; 2nd Bugibba Intercontinental Sun City – 32 punt; 3rd Hamrun Education Bar B – 30 punt; 4th St. Venera Red Square – 21 punt; 5th Mqabba St. Mary BC

Read more

Press Release: 17.Gimgħa – Staġun 2016/17

IL-LOGĦBA TAL-ĠIMGĦA / ROUND UP – SBATAX IL-ĠIMGĦA
DRAW BEJN IL-LIDERS, KALKARA ST JOSEPH U FURJANA AJAX A

L-ewwel Diviżjoni – Il-logħba tant mistennija bejn il-liders ta l-ewwel diviżjoni, Kalkara St Joseph u Furjana Ajax A intemmet fi draw ta` 4-4 għat-tieni darba dan l-istaġun. Rebħa għal Norbert Attard fl-ewwel logħba tagħti l-vantaġġ lil Greens imma risposta immedjata min Kalkara rat ir-riżultat jaqra 3-1 wara erbgħa logħbiet. Kirsten Aquilna u Mario Aquilina fl-individwali u l-istess plejers fid-doppji bir-rebħiet għal-Kalkara. Furjana inaqqsu d-distakk permess ta` Vincent Busutill fil-ħames leg imma rebħa għal Andy Keen fis-sitt leg ikkonsolidat il-vantaġġ doppju għal-Kalkara u draw garantit. B` darhom mal-ħajt, Furjana Ajax irnexxilhom jiksbu punt prezzjuż b`rebħiet min David Attard fis-seba’ leg u Vincent Busutill/John Ciantar fid-doppji finali. F` partiti oħra mid-diviżjoni Mosta Horseshoe Bar A għelbu lil BBugia Cox Sports Club 6-2 u min naħa ta` isfel tal-klassifika draw ta` 4-4 bejn Gudja POs Bar A u Bormla Bocci u rebħa walk-over ta` Żejtun Beland Bullseye fuq Żejtun Juventutis Domus toħroġ lit-tim Żejtuni mil postijiet tar-relegazzjoni. It-tieni Diviżjoni – Hamrun Education Bar A pproduċew prestazzjoni brillanti b` rebħa ta 6-2 fuq il-liders Buġibba Munchies Pub. B` din ir-rebħa t-tim Ħamruniż jinsab fil-quċċata tal-klassifika punt vantaġġ fuq Buġibba b` 34 punt, segwiti min Senglea Manchester Conquest fuq 31 punt wara rebħa faċli ta` 6-2 fuq Furjana Ajax B fi tmiem il-ġimgħa.

It-tielet Diviżjoni – Mosta Horseshoe Bar B ġew uffiċjalment dikjarati champions b` rebħa komda ta` 8-0 fuq it-tim ta Mgarr The Hatch. Il-kontendenti għal-promozzjoni, Buġibba Sun City u Hamrun Education Bar B jirbħu bi iskor identiku ta` 5-3 fuq Mqabba St Mary u St Pauls Diamonds

Read more

Press Release: 16.Gimgħa – Staġun 2016/17

ROUND UP – IS-SITTAX IL-ĠIMGĦA
TLIET PUNTI DEHEB GĦAL-ŻEJTUN BELAND FIL-ĠLIEDA KONTRA R-RELEGAZZJONI

L-ewwel Diviżjoni – Staġun eċċitanti qed joqrob lejn it-tmiem fejn il-battalja għal-unur prinċipali w anke r-relegazzjoni għad trid tiġi deċiża. Min naħa ta` fuq tal-klassifika Kalkara St Joseph u Furjana Ajax A komplew fuq it-triq tar-rebħ u jinsabu fl-ewwel post b` 43 punt. Fl-i sbatax il-ġimgħa tal-kampjonat dawn iż-żewġ tims ser jilgħabu kontra xulxin għat-tielet darba dan l-istaġun fejn rebħa għal kwalunkwe tim tista’ tfisser pass aktar viċin għar-rebħ tal-kampjonat nazzjonali. Rebħa għaż-Żejtun Beland Bullseye ta` 6-2 fuq Bormla Bocci Club, tiftaħ beraħ il-battalja għar-relegazzjoni b` dawn it-tims flimkien ma Gudja POs Bar A li jinsabu fuq sbatax il-punt b` wieħed jiġi relegat għat-tieni diviżjoni.

It-tieni Diviżjoni – Rebħa importanti għal-Ħamrun Education Bar A fuq Furjana Ajax B bi skor ta` 6-2 tpoġġihom pass aktar viċin il-promozzjoni għal l-ogħla diviżjoni wara li Senglea M. Conquest irnexxilhom jiksbu biss draw kontra l-liders Buġibba Munchies Pub. Ir-reds issa jinsabu

Read more

Press Release: 15.Gimgħa – Staġun 2016/17

ROUND UP – IL-ĦMISTAX IL-ĠIMGĦA
BUĠIBBA MUNCHIES JKABBRU L-VANTAĠĠ FIT-TIENI DIVIŻJONI

L-ewwel Diviżjoni – Kalkara St Joseph u Furjana Ajax A komplew fejn ħallew qabel ma inqasmu d-diviżjonijiet b` rebħiet konvinċenti fuq BBugia Cox Sports Club A 8-0 u Mosta Horseshoe Bar A 6-2 rispettivament. Min naħa t` isfel tal-klassifika draw bejn Zejtun Beland Bullseye u Gudja POs Bar A tħalli liż-żewġ tims jissiltu kontra r-relegazzjoni b` erbatax il-punt, tlieta wara Bormla Bocci Club. It-tieni Diviżjoni – Buġibba Munchies Pub estendew il-vantaġġ għal-erbgħa punt wara rebħa ta` 6-2 fuq Furjana Ajax B u draw ta` 4-4 bejn il-kontendenti għal-kampjonat Hamrun Education Bar A u Senglea M. Conquest. Din hija l-ewwel darba dan l-istaġun fejn il-liders ta` tieni diviżjoni qedin igawdu vantaġġ ta` aktar min tliet punti. Mir-relegation pool rebħa sorpriża ta` 7-1 għal-Mosta Bocci Club fuq Gudja POs Bar B tpoġġi lil dawn iż-żewġ clubs b` distakk ta` tliet punti biss fil-battalja biex iżommu posthom fid-diviżjoni.

It-tielet Diviżjoni – Rebħa oħra għal-Mosta Horseshoe Bar B estendiet is-sensiela ta` riżultati pożittivi għal-tlettax il-partita, din id-darba fuq St Paul`s Diamonds bi iskor ta` 7-1. Telfa sorpriża għall-Buġibba Inter. Sun City kontra St. Venera Red Square bi iskor ta` 7-1 tagħti lil liders

Read more

Press Release: 14.Gimgħa – Staġun 2016/17

ROUND UP – L-ERBATAX IL-ĠIMGĦA
BBUGIA COX SPORTS CLUB A U FURJANA AJAX B FIC-CHAMPIONSHIP POOL

L-ewwel Diviżjoni – Liders Kalkara St Joseph b` rebħa oħra, din id-darba fuq Gudja POs Bar A li ġew ikkundannati li jilgħabu t-tieni fażi tal-kampjonat fiz-zona ta` relegazzjoni. Furjana Ajax A żammew il-pass ma Kalkara b` rebħa ta 5-3 fuq Mosta Horseshoe Bar A li issa jinsabu b` distakk ta` sitt punti fuq l-istess Furjana. Ir-raba u l-aħħar tim fiċ-Championship pool ser jkun dak ta` BBugia Cox Sports Club A li temmew l-ewwel fażi tal-kampjonat b` erbatax il-punt l-istess daqs Bormla Bocci Club imma b` rekord aħjar fil-konfronti diretti. It-tieni Diviżjoni – Xenarju simili fit-tieni diviżjoni bit-tims ta` Furjana Ajax B u Cospicua Rangers jisiltu għal-post fiċ-Championship pool. Rebħiet għaż-żewġ timijiet fl-erbatax il-ġimgħa fuq Mosta Bocci Club u Gudja POs Bar B rispettivament fissret li tim Furjaniż ser jilgħab ma l-ewwel erbgħa hekk kif għalaq l-impenji tiegħu b` vantaġġ ta` żewġ punti fuq ir-Rangers. Jinbidlu wkoll għal-darba oħra l-liders tal-kampjonat wara rebħa ta` 7-1 min Bugibba Munchies Pub fuq BBugia Cox Sports Club B u draw ta 4-4 bejn Hamrun Education Bar A u Senglea M. Conquest.

It-tielet Diviżjoni – Mosta Horseshoe Bar B jkabbru l-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika b` rebħa komda ta` 7-1 fuq Buġibba Sun City Bar li issa jinsabu b` distakk ta` tmien punti fit-tieni post. Rebħa ta` 6-2 barra min darhom min Hamrun Education Bar B li jinsabu fit-tielet post naqset id-distakk

Read more

Press Release: 13.Gimgħa – Staġun 2016/17

ROUND UP – IT-TLETTAX IL-ĠIMGĦA

L-ewwel Diviżjoni – L-ebda sorpriża fit-tlettax il-ġimgħa hekk kif Kalkara St Joseph, Furjana Ajax A u Mosta Horseshoe Bar A kollha rebħu faċilment. L-partita l-oħra mil-għola diviżjoni rat lil BBugia Cox Sports Club A u Gudja POs Bar A jaqsmu l-punti fi draw ta` 4-4. L-ġimgħa dieħla jintlabu l-aħħar logħbiet mil-ewwel fażi tal-kampjonat fejn wara dawn il-partiti d-diviżjoni tinqasam f` Championship u Relegation pool. Tliet tims konfermati fiċ-Championship pool fejn ir-raba post għadu jrid jiġi deċiż fejn xejn anqas min erbgħa timijiet għadhom b` ċans, dawk ta` Gudja POs Bar A, Zejtun Beland Bullseye li jinsabu bi tlettax l-punt u BBugia Cox Sports Club A u Bormla Bocci Club distakati b żewġ punti. It-tieni Diviżjoni – Bugibba Munchies Pub kien it-tim li fit-tlettax il-ġimgħa iggwadanjaw l-aktar b` rebħa fuq Mosta Bocci Club peress li l-ebda kontendenti l` oħra għal-kampjonat spiċċaw fi draw fil-konfronti diretti. Hamrun Education Bar A, Bugibba Munchies Pub u Senglea M. Conquest diġà konfermati fiċ-Championship pool bir-raba tim jiġi deċiż fl-aħħar ġimgħa, b` Furjana Ajax B jgawdu vantaġġ ta` żewġ punti fuq Cospicua Rangers.

It-tielet Diviżjoni – Rebħa ta` 6-2 għall-Buġibba Sun City Bar fuq Mgarr The Hatch naqset id-distakk fil-quċċata tal-klassifika għall-ħames punti hekk kif il-liders Mosta Horseshoe Bar B ma kellhom logħba din il-ġimgħa. Hamrun Education Bar B żammew it-tamiet ta promozzjoni tagħhom b` rebħa fuq St.Venera Red Square bi iskor ta 5-3 u St Pauls Diamonds

Read more

Press Release: 12.Gimgħa – Staġun 2016/17

IL-LOGĦBA TAL-ĠIMGĦA
DRAW FIL-PARTITA PRINCIPALI BEJN FLORJANA U KALKARA

Il-logħba tant mistennija bejn il-liders Florjana Ajax A u Kalkara St Joseph intemmet fi draw b` żewġ tims jilgħabu darts ta` livell għoli. Dan ir-riżultat ifisser li wara it-tnax il-ġimgħa z-żewġ tims jinsabu fil-quċċata tal-klassifika b` 31 punt però issa jinsabu segwiti min Mosta Horsesehoe Bar A b` distakk

Read more

Press Release: 10.Gimgħa – Staġun 2016/17

ROUND-UP – L-GĦAXAR ĠIMGĦA

1. DIVIZJONI – Il-liders Kalkara komplew fuq bidu ta staġun tajjeb fejn wara għaxar logħbiet tal-kampjonat jinsabu b punti massimi hekk kif faċilment għelbu lil Bormla Bocci Club 8-0. Florjana Ajax A żammew il-pass mal-liders b rebħa ta 6-2 fuq Gudja POs Bar A u jinsabu distakkati biss bi tliet punti. Mosta Horseshoe Bar A jirbħu kontra BBugia Cox Sports

Read more

Press Release: 9.Gimgħa – Staġun 2016/17

Riżultati – Id-disa ġimgħa (06/01/2017)
1. Diviżjoni
Zejtun Beland Bullseye v Floriana Ajax A 0-8; BBugia Cox Sports Club A v Bormla Bocci Club 3-5; Zejtun Juventutis Domus v Kalkara St Joseph 0-8; Gudja POs Bar A v Mosta Horseshoe Bar A 3-5.

2. Diviżjoni
Cospicua Rangers v BBugia Cox Sports Club B 8-0; Floriana Ajax B v Gudja POs Bar B 6-2; Mosta Bocci Club v Senglea M. Conquest 3-5;

Read more