Press Release: 16.Gimgħa – Staġun 2016/17

ROUND UP – IS-SITTAX IL-ĠIMGĦA
TLIET PUNTI DEHEB GĦAL-ŻEJTUN BELAND FIL-ĠLIEDA KONTRA R-RELEGAZZJONI

L-ewwel Diviżjoni – Staġun eċċitanti qed joqrob lejn it-tmiem fejn il-battalja għal-unur prinċipali w anke r-relegazzjoni għad trid tiġi deċiża. Min naħa ta` fuq tal-klassifika Kalkara St Joseph u Furjana Ajax A komplew fuq it-triq tar-rebħ u jinsabu fl-ewwel post b` 43 punt. Fl-i sbatax il-ġimgħa tal-kampjonat dawn iż-żewġ tims ser jilgħabu kontra xulxin għat-tielet darba dan l-istaġun fejn rebħa għal kwalunkwe tim tista’ tfisser pass aktar viċin għar-rebħ tal-kampjonat nazzjonali. Rebħa għaż-Żejtun Beland Bullseye ta` 6-2 fuq Bormla Bocci Club, tiftaħ beraħ il-battalja għar-relegazzjoni b` dawn it-tims flimkien ma Gudja POs Bar A li jinsabu fuq sbatax il-punt b` wieħed jiġi relegat għat-tieni diviżjoni.

It-tieni Diviżjoni – Rebħa importanti għal-Ħamrun Education Bar A fuq Furjana Ajax B bi skor ta` 6-2 tpoġġihom pass aktar viċin il-promozzjoni għal l-ogħla diviżjoni wara li Senglea M. Conquest irnexxilhom jiksbu biss draw kontra l-liders Buġibba Munchies Pub. Ir-reds issa jinsabu b` vantaġġ ta` erbgħa punti fuq Senglea fit-tielet post u tnejn wara Buġibba fil-quċċata tal-klassifika. Min-naħa ta` isfel, Gudja POs Bar B faċilment għelbu lil BBugia Cox Sports Club 7-1 u Mosta Bocci Club kontra Cospicua Rangers intemmet fi draw ta` 4-4.

Riżultati – Is-sittax il-ġimgħa (10/03/2017)
1. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Mosta Horseshoe Bar A v Kalkara St Joseph 3-5; BBugia Cox Sports Club A v Furjana Ajax A 1-7.
RELEGATION DIV: Bormla Bocci Club v Zejtun Beland Bullseye 2-6; Gudja POs Bar A v Zejtun Juventutis Domus 8-0.

2. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Furjana Ajax B v Ħamrun Education Bar A 2-6; Bugibba Munchies Pub v Senglea M. Conquest 4-4.
RELEGATION DIV: Mosta Bocci Club v Cospicua Rangers 4-4; Gudja POs Bar B v BBugia Cox Sports Club B 7-1.

Klassifika – Is-sittax il-ġimgħa (10/03/2017)
1. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIVISION: 1st Kalkara St Joseph, Furjana Ajax A – 43 punt; 3rd Mosta Horseshoe Bar A – 31 punt; 4th BBugia Cox Sports Club A – 14 punt.
RELEGATION DIVISION: 5th Bormla Bocci Club, Gudja POs Bar A, Zejtun Beland Bullseye – 17 punt; 8th Zejtun Juventutis Domus – 2 punti.

2. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIVISION: 1st Buġibba Munchies Pub – 34 punt; 2nd Ħamrun Education Bar A – 32 punt; 3rd Senglea M. Conquest – 28 punt; 4th Furjana Ajax B – 26 punt.
RELEGATION DIVISION: 5th Cospicua Rangers – 28 punt; 6th Gudja POs Bar B – 16 punt; 7th Mosta Bocci Club – 11 punt; 8th BBugia Cox Sports Club B – 3 punti.

Logħbiet – Is-Sbatax il-ġimgħa (24/03/2017)
1. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Kalkara St Joseph v Furjana Ajax A; BBugia Cox Sports Club A v Mosta Horseshoe Bar A.
RELEGATION DIV: Gudja POs Bar A v Bormla Bocci Club.

2. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Ħamrun Education Bar A v Bugibba Munchies Pub; Furjana Ajax B v Senglea M. Conquest.
RELEGATION DIV: Cospicua Rangers v Gudja POs Bar B; Mosta Bocci Club v BBugia Cox Sports Club B.

3. Diviżjoni (Logħbiet jintlagħbu 17/03).
St. Venera Red Square v Mqabba St Mary BC; Hamrun Education Bar B v Mosta Horseshoe Bar B; St Paul`s Diamonds v Bugibba Interc. Sun City.

MALTA PREMIER LEAGUE OF DARTS – IR-RABA ĠIMGĦA

Ir-raba ġimgħa mill-kompetizzjoni Premier League ġewwa Sun City Bar, Buġibba rat lil Norbert Attard jkompli fuq it-triq it-tajba bir-raba rebħa konsekuttiva kif wkoll Godfrey Abela, David Attard u John Ciantar jirbħu t-tieni logħba personali tagħhom.

Godfrey Abela v John Agius 4-2

G.Abela kompla min fejn halla fit-tielet ġimgħa bi tieni rebħa konsekuttiva, din id-darba fuq J.Agius. Abela rebaħ l-ewwel logħba imma sab ruħu 2-1 min taħt wara numru ta’ darts falluta fuq id-doubles. Ir-raba leg rat lil Abela jirbaħha bi’ tlettax il-dart u rebħiet fil-ħames u sitt leg tagħtu r-rebħa biex issa jinsab fir-raba post tal-klassifika. Abela jikkonkludi l-partita fuq 3-dart average ta’ 83.01.

David Attard v Albert Scerri 4-3

D.Attard irnexxilu jgħatti l-ewwel telfa li Scerri f’ logħba li ġiet deċiża fil-leg finali. Attard beda l-aħjar u ha vantaġġ doppju. L-istess plejers seta’ jkabbar li iskor imma tliet darts falluta fuq id-double fit-tliet leg rat lil Scerri jirbaħ l-ewwel leg tiegħu. Ir-raba u sitt legs intrebħu min Scerri, b’ Attard jirbaħ il-ħames leg u b’ hekk l-aħħar leg deċiżiv tal-partita kien ser jiddeċiedi r-rebbieħ, b’ Attard jagħlaq id-doppju l-ewwel għat-tieni rebħa tiegħu personali.

John Ciantar v Brian Abela 4-3

It-tielet logħba rat lil J.Ciantar joħroġ rebbieħ fuq B.Abela f’ partita li wkoll ġiet deċiża fil-leg finali. L-ewwel żewġ legs inqasmu b’ Ciantar jirbaħ l-ewwel leg u Abela t-tieni leg. Ciantar reġa’ ha l-vantaġġ b’ rebħa fit-tielet leg fejn huwa wkoll laqat żewġ 180s. Reazzjoni min Abela fejn irnexxilu jdawwar ir-riżultat favur tiegħu għal 3-2 u l-vantaġġ għal-ewwel darba fil-partita. Għal-darba oħra Abela b’ opportunità li jikseb l-ewwel rebħa tiegħu f’ din il-kompetizzjoni sfaxxat fix-xejn hekk kif din id-darba reazzjoni min Ciantar ratu jdawwar ir-riżultat favur tiegħu għal-rebħa ta’ 4-3.

Vincent Busutill v Norbert Attard 3-4

L-aħħar logħba mir-raba ġurnata tal-Premier League laqqat lil kollegi ta’ Furjana V.Busutill u N.Attard. Wara erbgħa legs li iskor kien jaqra 2-2, b’ Attard jirbaħ l-ewwel u raba leg u Busutill it-tieni u tielet leg. Il-ħames leg intrebħet min Attard imma risposta immedjata min Busutill fis-sitt leg tefat il-logħba fl-leg deċiżiv. Attard ħareġ rebbieħ biex wara erbgħa ġimghat jinsab b punti massimi w l-ewwel pożizzjoni fil-klassifika ġenerali.

Klassifika: 1st N.Attard – (4-0) 2nd A.Scerri – (3-1); 3rd D.Attard – (2-2); 4th G.Abela – (2-2); 5th J.Agius – (2-2); 6th John Ciantar – (2-2); 7th Vincent Busutill – (1-3); 8th B.Abela – (0-4).
Statistika: L-Aqwa 3-dart average – G.Abela – 83.01; L-Aqwa leg – G.Abela – 13; 180s – J.Ciantar – 2; L-Akbar għeluq – B.Abela – 100.

L-istreaming ta’ dawn il-logħbiet jinsab fuq is-sit ta’ YouTube tal-assoċjazzjoni – Malta Premier League of Darts 2016/17 – Day 4. Il-ħames ġimgħa tintlgħab nhar l-Erbgħa 8 ta’ Marzu2017 ġewwa l-Common Room ta’ l-Universita ta Malta bil-logħob jibda fit-8pm.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association