Press Release: 15.Gimgħa – Staġun 2016/17

ROUND UP – IL-ĦMISTAX IL-ĠIMGĦA
BUĠIBBA MUNCHIES JKABBRU L-VANTAĠĠ FIT-TIENI DIVIŻJONI

L-ewwel Diviżjoni – Kalkara St Joseph u Furjana Ajax A komplew fejn ħallew qabel ma inqasmu d-diviżjonijiet b` rebħiet konvinċenti fuq BBugia Cox Sports Club A 8-0 u Mosta Horseshoe Bar A 6-2 rispettivament. Min naħa t` isfel tal-klassifika draw bejn Zejtun Beland Bullseye u Gudja POs Bar A tħalli liż-żewġ tims jissiltu kontra r-relegazzjoni b` erbatax il-punt, tlieta wara Bormla Bocci Club.

It-tieni Diviżjoni – Buġibba Munchies Pub estendew il-vantaġġ għal-erbgħa punt wara rebħa ta` 6-2 fuq Furjana Ajax B u draw ta` 4-4 bejn il-kontendenti għal-kampjonat Hamrun Education Bar A u Senglea M. Conquest. Din hija l-ewwel darba dan l-istaġun fejn il-liders ta` tieni diviżjoni qedin igawdu vantaġġ ta` aktar min tliet punti. Mir-relegation pool rebħa sorpriża ta` 7-1 għal-Mosta Bocci Club fuq Gudja POs Bar B tpoġġi lil dawn iż-żewġ clubs b` distakk ta` tliet punti biss fil-battalja biex iżommu posthom fid-diviżjoni.

It-tielet Diviżjoni – Rebħa oħra għal-Mosta Horseshoe Bar B estendiet is-sensiela ta` riżultati pożittivi għal-tlettax il-partita, din id-darba fuq St Paul`s Diamonds bi iskor ta` 7-1. Telfa sorpriża għall-Buġibba Inter. Sun City kontra St. Venera Red Square bi iskor ta` 7-1 tagħti lil liders Mosta vantaġġ ta` ħdax il-punt u d-distakk bejn Buġibba Sun City u Hamrun Education Bar B fit-tliet pożizzjoni jibqa’ ta` żewġ punti bit-tim Ħamruniż jilgħab partita anqas.

Riżultati – Il-Ħmistax il-ġimgħa (03/03/2017)
1. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Furjana Ajax A v Mosta Horseshoe Bar A 6-2; Kalkara St Joseph v BBugia Cox Sports Club A 8-0.
RELEGATION DIV: Zejtun Beland Bullseye v Gudja POs Bar A 4-4.

2. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Bugibba Munchies Pub v Furjana Ajax B 6-2; Hamrun Education Bar A v Senglea M. Conquest 4-4.
RELEGATION DIV: BBugia Cox Sports Club B v Cospicua Rangers 1-7; Gudja POs Bar B v Mosta Bocci Club 1-7.

3. Diviżjoni
Mosta Horseshoe Bar B v St Paul`s Diamonds 7-1; Mqabba St Mary BC v Mgarr The Hatch Sports Bar 7-1; Bugibba Interc. Sun City v St. Venera Red Square 2-6.

Klassifika – Il-Ħmistax il-ġimgħa (03/03/2017)
1. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIVISION: 1st Kalkara St Joseph, Furjana Ajax A – 40 punt; 3rd Mosta Horseshoe Bar A – 31 punt; 4th BBugia Cox Sports Club A – 14 punt.
RELEGATION DIVISION: 5th Bormla Bocci Club – 17 punt; 6th Gudja POs Bar A, Zejtun Beland Bullseye – 14 punt; 8th Zejtun Juventutis Domus – 2 punti.

2. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIVISION: 1st Buġibba Munchies Pub – 33 punt; 2nd Hamrun Education Bar A – 29 punt; 3rd Senglea M. Conquest – 27 punt; 4th Furjana Ajax B – 26 punt.
RELEGATION DIVISION: 5th Cospicua Rangers – 27 punt; 6th Gudja POs Bar B – 13 punt; 7th Mosta Bocci Club – 10 punti; 8th BBugia Cox Sports Club B – 3 punti.

3. Diviżjoni
1st Mosta Horseshoe Bar B – 37 punt; 2nd Buġibba Intercontinental Sun City – 26 punt; 3rd Hamrun Education Bar B – 24 punt; 4th St. Venera Red Square – 17 punt; 5th Mqabba St. Mary BC – 15 punt; 6th St Pauls Diamonds – 7 punti; 7th Mgarr The Hatch Sports Bar – 4 punti.

Logħbiet – Is-Sittax il-ġimgħa (10/03/2017)
1. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Mosta Horseshoe Bar A v Kalkara St Joseph; BBugia Cox Sports Club A v Furjana Ajax A.
RELEGATION DIV: Bormla Bocci Club v Zejtun Beland Bullseye.

2. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Furjana Ajax B v Hamrun Education Bar A; Senglea M. Conquest v Bugibba Munchies Pub.
RELEGATION DIV: Mosta Bocci Club v Cospicua Rangers; Gudja POs Bar B v BBugia Cox Sports Club B.

3. Diviżjoni (Logħbiet jintlagħbu 17/03).
St. Venera Red Square v Mqabba St Mary BC; Hamrun Education Bar B v Mosta Horseshoe Bar B; St Paul`s Diamonds v Bugibba Interc. Sun City.

MALTA PREMIER LEAGUE OF DARTS – IT-TIELET ĠIMGĦA

It-tielet ġimgħa mill-kompetizzjoni Premier League fl-Uncle Matt’s Kitchen ġewwa Marsascala rat lil Norbert Attard u Albert Scerri jirbħu t-tielet logħba tagħhom u Godfrey Abela, David Attard jirbħu għal-ewwel darba.

Vincent Busutill v David Attard 1-4

D.Attard irnexxilu jirbaħ l-ewwel logħba tiegħu fuq il-kollega V.Busutill f’ partita fejn il-prestazzjoni ta’ żewġ plejers kienet ta’ livell anqas mil-mistenni. Attard rebaħ l-ewwel żewġ legs għall-vantaġġ doppju, b’ Busutill inaqqas id-distakk fit-tielet leg. Attard reġa’ ha l-kontroll tal-logħba b’ rebħa fir-raba w l-ħames leg fejn issa jinsab fir-raba post flimkien ma Busutill b’ rebħa w żewġ telfiet.

Albert Scerri v John Ciantar 4-1

L-aqwa partita ta’ serata kienet dik bejn Scerri u Ciantar fejn iż-żewġ plejers urew darts t’a livell għoli b’ Ciantar ikollu average ta’ 80.34 u Scerri 88.98 li wara tliet ġimghat huwa l-akbar average tal-kompetizzjoni sa’ issa. L-ewwel żewġ legs inqasmu b’ Ciantar jirbaħ l-ewwel b’ għeluq ta 126 fuq il-bull u risposta min Scerri b’ għeluq ta’ 121 fit-tieni leg. Numru ta’ darts falluta min Ciantar fuq id-doppji kienu d-differenza fit-tielet, raba w ħames leg b’ Scerri japprofitta għar-rebħa numru tlieta tiegħu.

John Agius v Norbert Attard 0-4

Attard joħroġ rebbieħ fuq Agius f’ partita bejn żewġ plejers ta’ Florjana Ajax li kienu jinsabu b’ punti massimi qabel dan il-konfront. Riżultat li juri rebħa faċli għal-Attard imma numru ta’ darts falluta fuq id-doppji min Agius fl-ewwel żewġ legs setgħat tagħti xejra differenti lil din il-logħba.

Godfrey Abela v Brian Abela 4-1

Żewġ plejers li kienu qed ifittxu l-ewwel rebħa tagħhom f’ din il-kompetizzjoni għalqu s-serata b’ G.Abela joħroġ rebbieħ f’ partita li setgħat marret kull naħa. B.Abela rebaħ l-ewwel leg u seta’ jirbaħ wkoll it-tieni, raba w ħames leg imma darts falluti fuq id-doppji jiswewħ l-ewwel rebħa tiegħu b’ G.Abela japprofitta miż-żbalji għar-rebħa ta 4-1.

Klassifika: 1st A.Scerri, N.Attard – (2-0); 4th G.Abela, V.Busutill, D.Attard, J.Ciantar – (1-2); 5th G.Abela, B.Abela – (0-3).
Statistika: L-Aqwa 3-dart average – A.Scerri – 88,98; L-Aqwa leg – N.Attard – 14; 180s – D.Attard – 1; L-Akbar għeluq – J.Ciantar – 126.

L-istreaming ta’ dawn il-logħbiet jinsab fuq is-sit ta’ YouTube tal-assoċjazzjoni – Malta Premier League of Darts 2016/17 – Day 3. Ir-raba ġimgħa tintlgħab nhar l-Erbgħa 15 ta’ Frar 2017 fl-istabbiliment Sun City Bar ġewwa Buġibba bil-logħob jibda fit-8pm.

TAZZA SUPER CUP – IT-TIENI U TIELET QUALIFIER

It-tieni u tielet kompetizzjoni ta’ kwalifikazzjonijiet għat-tazza Super Cup rat lil Gordon Stanmore u Chris Cohen ta’ Kalkara St Joseph jikkwalifikaw mit-tieni kompetizzjoni u Mario Tonna ta’ Hamrun Education Bar u Twanny Roberts ta’ Florjana Ajax mit-tielet kompetizzjoni.
L-aħħar qualifier ser jintlagħab nhar it-Tlieta 21 ta’ Frar ġewwa z-Żejtun Domus bil-logħob jibda f` 8pm.

RANKING TOURNAMENT – IV
ALBERT SCERRI JIRBAĦ GEWWA L-MARSA ST MICHAELS

Ir-raba kompetizzjoni tal-istaġun ġewwa l-klub ta Marsa St Michaels rat lil Albert Scerri jirbaħ il-finali bi iskor ta’ 4-3 kontra Norbert Attard għat-tieni unur staġjonali tiegħu. Fit-tielet post jispiċċaw Godfrey Abela u Kirsten Aquilina u l-akbar għeluq jirbaħha Joe Borg.

It-tournaments li jmiss fuq il-kalendarju lokali huma: Mosta Horseshoe Bar – 5 ta’ Marzu, Cospicua Rangers – 12 ta’ Marzu u Kalkara St Joseph – 19 ta’ Marzu.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association