Press Release: 14.Gimgħa – Staġun 2016/17

ROUND UP – L-ERBATAX IL-ĠIMGĦA
BBUGIA COX SPORTS CLUB A U FURJANA AJAX B FIC-CHAMPIONSHIP POOL

L-ewwel Diviżjoni – Liders Kalkara St Joseph b` rebħa oħra, din id-darba fuq Gudja POs Bar A li ġew ikkundannati li jilgħabu t-tieni fażi tal-kampjonat fiz-zona ta` relegazzjoni. Furjana Ajax A żammew il-pass ma Kalkara b` rebħa ta 5-3 fuq Mosta Horseshoe Bar A li issa jinsabu b` distakk ta` sitt punti fuq l-istess Furjana. Ir-raba u l-aħħar tim fiċ-Championship pool ser jkun dak ta` BBugia Cox Sports Club A li temmew l-ewwel fażi tal-kampjonat b` erbatax il-punt l-istess daqs Bormla Bocci Club imma b` rekord aħjar fil-konfronti diretti.

It-tieni Diviżjoni – Xenarju simili fit-tieni diviżjoni bit-tims ta` Furjana Ajax B u Cospicua Rangers jisiltu għal-post fiċ-Championship pool. Rebħiet għaż-żewġ timijiet fl-erbatax il-ġimgħa fuq Mosta Bocci Club u Gudja POs Bar B rispettivament fissret li tim Furjaniż ser jilgħab ma l-ewwel erbgħa hekk kif għalaq l-impenji tiegħu b` vantaġġ ta` żewġ punti fuq ir-Rangers. Jinbidlu wkoll għal-darba oħra l-liders tal-kampjonat wara rebħa ta` 7-1 min Bugibba Munchies Pub fuq BBugia Cox Sports Club B u draw ta 4-4 bejn Hamrun Education Bar A u Senglea M. Conquest.

It-tielet Diviżjoni – Mosta Horseshoe Bar B jkabbru l-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika b` rebħa komda ta` 7-1 fuq Buġibba Sun City Bar li issa jinsabu b` distakk ta` tmien punti fit-tieni post. Rebħa ta` 6-2 barra min darhom min Hamrun Education Bar B li jinsabu fit-tielet post naqset id-distakk bejnhom u Buġibba Sun City Bar għaż-żewġ punti biss. Fadal sitt logħbiet għat-tmien tal-kampjonat u l-battalja għat-tieni post miftuħa beraħ!

Riżultati – L-erbatax il-ġimgħa (24/02/2017)
1. Diviżjoni
Furjana Ajax A v Mosta Horseshoe Bar A 5-3; Gudja POs Bar A v Kalkara St Joseph 2-6; Zejtun Juventutis Domus v BBugia Cox Sports Club A 0-8; Zejtun Beland Bullseye v Bormla Bocci Club 2-6.

2. Diviżjoni
BBugia Cox Sports Club B v Buġibba Munchies Pub 1-7; Hamrun Education Bar A v Senglea M. Conquest 4-4; Mosta Bocci Club v Furjana Ajax B 3-5; Cospicua Rangers v Gudja POs Bar B 7-1.

3. Diviżjoni
Mgarr The Hatch Sports Bar v St. Venera Red Square 3-5; Mosta Horseshoe Bar B v Buġibba Interc. Sun City 7-1; Mqabba St Mary BC v Hamrun Education Bar B 2-6.

Klassifika – L-erbatax il-ġimgħa (24/02/2017)
1. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIVISION: 1st Kalkara St Joseph – 37 punt; 2nd Floriana Ajax A – 37 punt; 3rd Mosta Horseshoe Bar A – 31 punt; 4th BBugia Cox Sports Club A – 14 punt.
RELEGATION DIVISION: 5th Bormla Bocci Club – 14 punt; 6th Gudja POs Bar A – 13 punt; 7th Zejtun Beland Bullseye – 13 punt; 8th Zejtun Juventutis Domus – 2 punti.

2. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIVISION: 1st Buġibba Munchies Pub – 30 punt; 2nd Hamrun Education Bar A – 28 punt; 3rd Senglea M. Conquest – 26 punt; 4th Floriana Ajax B – 26 punt.
RELEGATION DIVISION: 5th Cospicua Rangers – 24 punt; 6th Gudja POs Bar B – 13 punt; 7th Mosta Bocci Club – 7 punti; 8th BBugia Cox Sports Club B – 3 punti.

3. Diviżjoni
1st Mosta Horseshoe Bar B – 34 punt; 2nd Buġibba Intercontinental Sun City – 26 punt; 3rd Hamrun Education Bar B – 24 punt; 4th St. Venera Red Square – 14 punt; 5th Mqabba St. Mary BC – 12 punt; 6th St Pauls Diamonds – 7 punti; 7th Mgarr The Hatch Sports Bar – 4 punti.

Logħbiet – Il-ħmistax il-ġimgħa (24/02/2017)
1. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Furjana Ajax A v Mosta Horseshoe Bar A; Kalkara St Joseph v BBugia Cox Sports Club A.
RELEGATION DIV: Zejtun Beland Bullseye v Gudja POs Bar A.

2. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Buġibba Munchies Pub v Furjana Ajax B; Hamrun Education Bar A v Senglea M. Conquest.
RELEGATION DIV: BBugia Cox Sports Club B v Cospicua Rangers; Gudja POs Bar B v Mosta Bocci Club.

3. Diviżjoni
Mosta Horseshoe Bar B v St Paul`s Diamonds; Mqabba St Mary BC v Mgarr The Hatch Sports Bar; Buġibba Interc. Sun City v St. Venera Red Square.

RANKINGS TAL-PLEJER TA` SENA
NORBERT ATTARD FL-EWWEL POŻIZZJONI PROVIŻJORJA

Ninsabu f nofs l-istaġun fejn Norbert Attard jinsab fil-quċċata tar-rankings b` 56 punt, segwit min Albert Scerri b` 53 punt u Godfrey Abela fit-tielet post b` 42 punt.
Il-klassifika tal-ewwel għaxar plejers taqra hekk: 1 Norbert Attard – 56 punt; 2 Albert Scerri – 53 punt; 3 Godfrey Abela – 42 punt; 4 Gordon Stanmore – 39 punt; 5 Mario Aquilina – 34 punt; 6 David Attard, Andy Keen, John Ciantar – 33 punt; 9 John Agius – 32 punt; 10 John Pisani, Edward Azzopardi, Kirsten Aquilina, Chris Cohen – 30 punt.
Norbert Attard jinsab wkoll l-ewwel pożizzjoni fl-aqwa leg (12) u l-aktar 180s (11). Tony Borg ta` Mosta Horseshoe għandu l-akbar għeluq ta` (170).

TAZZA SUPER CUP – L-EWWEL QUALIFIER
ANDY KEEN U ALFRED ABELA JIKKWALIFIKAW

L-ewwel min erbgħa kompetizzjonijiet ta` kwalifikazzjonijiet għat-tazza Super Cup rat lil Andy Keen u Alfred Abela jikkwalifikaw għat-tieni fażi. Fil-finali rispettivi tagħhom iż-żewġ plejers rebħu bi iskor ta` 3-1, b` Keen jegħleb lil kollega tat-tim tiegħu Joe Caruana u Abela lil Andre Zammit ta` Cospicua Rangers. It-tieni w tielet qualifiers ser jintlagħbu nhar it-Tlieta 7 u l-Ħamis 9 ta Frar ġewwa z-Żejtun Domus bil-logħob jibda f` 8pm.

TAZZA 4 A-SIDE

Jintlagħbu l-ewwel leg mil-fażi ta` l-aħħar sittax tat-tazza 4 a-side bl-akbar rebħiet jaslu min Florjana Ajax A u Cospicua Rangers fuq Gudja POs Bar B u Buġibba Sun City bi iskor ta 14-2. Ir-riżultati mil-logħbiet l` oħra jaqraw hekk:

Kalkara St.Joseph A vs Mosta Horseshoe Bar B 11-5; Mosta Horseshoe Bar C vs Zejtun Beland 9-7; Floriana Ajax A vs Gudja POs Bar B 14-2; Floriana Ajax B vs Mosta Bocci Club 11-5; Mosta Horseshoe Bar A vs Hamrun Education Bar A 10-6; Cospicua Rangers vs Bugibba Sun City 14-2; Senglea Manchester C vs Sta.Venera Red Square 9-7; Hamrun Education Bar B vs Kalkara St.Joseph B 5-11.

Il-leg ta` ritorn ser jintlagħbu f` 22/02.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association