Press Release: 12.Gimgħa – Staġun 2016/17

IL-LOGĦBA TAL-ĠIMGĦA
DRAW FIL-PARTITA PRINCIPALI BEJN FLORJANA U KALKARA

Il-logħba tant mistennija bejn il-liders Florjana Ajax A u Kalkara St Joseph intemmet fi draw b` żewġ tims jilgħabu darts ta` livell għoli. Dan ir-riżultat ifisser li wara it-tnax il-ġimgħa z-żewġ tims jinsabu fil-quċċata tal-klassifika b` 31 punt però issa jinsabu segwiti min Mosta Horsesehoe Bar A b` distakk ta` tliet punti biss wara r-rebħa faċli fuq Bormla Bocci Club ta-7-1. L-ewwel erbgħa logħbiet inqasmu bejn iż-żewġ tims b` rebħiet għal-Florjana jaslu min John Agius u John Ciantar u għal-Kalkara Kirsten Aquilina jirbaħ fl-individwali u fil-pari flimkien ma Gordon Stanmore. Il-ħames u sitt logħba kienu kruċjali fejn Florjana rnexxielhom jieħdu vantaġġ doppju b` rebħiet jaslu min Norbert Attard u Vincent Busutill li fissret punt assigurat għal-Greens. Kalkara għamlu reazzjoni immedjata b` Emmanuel Ciantar jirbaħ il-logħba numru seba’ li fissret li t-tmien u l-aħħar leg deċiżiv kien ser jiddeċiedi r-riżultat finali. F logħba li seta’ marret kull naħa Ciantar/Keen ħarġu rebbieħa b`skor ta 3-2 fuq l-aħwa Attard u draw ġust bejn iż-żewġ tims.

Riżultati – It-tnax il-ġimgħa (03/02/2017)
1. Diviżjoni
Mosta Horseshoe Bar A v Bormla Bocci Club 7-1; Zejtun Beland Bullseye v BBugia Cox Sports Club A 3-5; Gudja POs Bar A v Zejtun Juventutis Domus 8-0; Floriana Ajax A v Kalkara St Joseph 4-4.

2. Diviżjoni
Bugibba Munchies Pub v Gudja POs Bar B 5-3; Cospicua Rangers v Floriana Ajax B 4-4; Hamrun Education Bar A v Mosta Bocci Club 5-3; BBugia Cox Sports Club B v Senglea M. Conquest 0-8.

3. Diviżjoni
Mgarr The Hatch Sports Bar v Hamrun Education Bar B 0-8; Mqabba St Mary BC v Mosta Horseshoe Bar B 2-6; St. Venera Red Square v St Paul`s Diamonds 6-2.

Klassifika – Il-tnax ġimgħa (03/02/2017)
1. Diviżjoni
1st Floriana Ajax A, Kalkara St Joseph – 31 punt; 3rd Mosta Horseshoe Bar A – 28 punt; 4th Zejtun Beland Bullseye – 13 punt; 5th Gudja POs Bar A – 12 punt; 6th Bormla Bocci Club – 11 punt; 7th BBugia Cox Sports Club A – 10 punti; 8th Zejtun Juventutis Domus – 2 punti.

2. Diviżjoni
1st Hamrun Education Bar A – 26 punt; 2nd Senglea M. Conquest, Bugibba Munchies Pub – 24 punt; 4th Floriana Ajax A – 22 punt; 5th Cospicua Rangers – 20 punt; 6th Gudja POs Bar B – 10 punti; 7th Mosta Bocci Club – 7 punti; 8th BBugia Cox Sports Club B – 3 punti.

3. Diviżjoni
1st Mosta Horseshoe Bar B – 31 punt; 2nd Bugibba Intercontinental Sun City – 23 punt; 3rd Hamrun Education Bar B – 18 punt; 4th Mqabba St Mary BC, St. Venera Red Square – 11 punt; 6th St Pauls Diamonds – 6 punti; 7th Mgarr The Hatch Sports Bar – 4 punti.

Logħbiet – It-Tlettax il-ġimgħa (17/02/2017)
1. Diviżjoni
BBugia Cox Sports Club A v Gudja POs Bar A; Bormla Bocci Club v Floriana Ajax A; Mosta Horseshoe Bar A v Zejtun Juventutis Domus; Kalkara St Joseph v Zejtun Beland Bullseye.

2. Diviżjoni
Floriana Ajax B v Hamrun Education Bar A; Gudja POs Bar B v BBugia Cox Sports Club B; Bugibba Munchies Pub v Mosta Bocci Club; Senglea M. Conquest v Cospicua Rangers.

3. Diviżjoni
Hamrun Education Bar B v St. Venera Red Square; Mgarr The Hatch Sports Bar v Bugibba Interc. Sun City; St Paul`s Diamonds v Mqabba St Mary BC.

MALTA PREMIER LEAGUE OF DARTS – IT-TIENI ĠIMGĦA

It-tieni ġimgħa mil-kompetizzjoni Premier League fil-120 Bar ġewwa il-Mellieħa rat lil Norbert Attard, Albert Scerri, John Agius u John Ciantar jirbħu l-konfronti tahom.

Brian Abela v Albert Scerri 3-4

L-ewwel partita rat lil kollegi B.Abela w A.Scerri jilgħabu fl-aqwa logħba tas-serata fejn A.Scerri ħareġ rebbieħ fis-seba’ legg deċiżiva. Scerri rebaħ l-ewwel żewġ legs għall-vantaġġ doppju b Abela inaqqas id-distakk fit-tielet legg imma risposta immedjata ta Scerri fir-raba legg konsolidat il-vantaġġ. Il-ħames legg rat lil Scerri jibda biskor ta 180 u 140 fejn b sorpriża Abela rebaħ b għeluq ta 76. Is-sitt legg regat rat lil Scerri jibda tajjeb biskor ta 140 għal-darbtejn imma għat-tieni darba konsekuttiva Abela jirbaħ il-legg biex tefa l-logħba fil-legg deċiżiva. Din id-darba Scerri ma għamel l-ebda żball fid-doppji w assigura t-tieni rebħa t’jew f dawn il-kampjonati.

Godfrey Abela v Norbert Attard 1-4

Attard rebaħ it-tieni logħba t’jew f dawn il-kampjonati bi skor ta 4-1 fuq Abela. Żewġ 17 “dart finishes” taw vantaġġ doppju lil Attard imma risposta min Abela, bl-aqwa legg tas-serata (13) inaqqas id-distakk għal 2-1. Attard żamm il konċentrazzjoni u l-forma t’jew fil-ħames u sitt legg biex temm il-partita f rebħa ta 4-1.

John Ciantar v Vincent Busutill 4-2

Ciantar rebaħ l-ewwel logħba t’jew fil-Premier League b rebħa ta 4-2 fuq Busutill li ma rnexxielux jirreplika il-forma li kellu fil-ġimgħa preċedenti tal-istess kompetizzjoni. L-ewwel żewġ legs inqasmu b Ciantar jirbaħ l-ewwel u Busutill it-tieni legg. It-tielet u raba legs raw lil Ciantar igawdi vantaġġ ta tnejn. Il-ħames logħba reġa’ naqset id-distakk għal-wieħed imma Ciantar jirbaħ is-sitt legg għar-rebħa ta 4-2 u issa jinsab bl-istess rekord bħal Busutill ta 1-1 wara tieni ġimgħa.

John Agius v David Attard 4-2

J.Agius kompla fejn halla l-ġimgħa preċedenti b rebħa oħra, din id-darba fuq D. Attard. Il-punteġġ i għal Agius f din il-partita kienu ta livell għoli fejn irnexxilu jorqod “scores” ta 100+ għal-tlettax il-darba. Agius jieħu vantaġġ ta 3-0 b risposta min Attard fil-ħames u sitt legg inaqqas id-distakk għal 3-2. Fis-sitt legg iż-żewġ plejers ikollhom opportunitajiet li jirbħu b Agius jalaq l-ewwel għar-rebħa w rekord ta 2-0 wara it-tieni ġimgħa.

Klassifika: 1st A.Scerri, N.Attard, J.Agius – (2-0); 4th V.Busutill, J.Ciantar – (1-1); 5th G.Abela, D.Attard, B.Abela – (0-2).
Statistika: L-aqwa 3-dart average – N.Attard – 83.13; L-aqwa legg – G.Abela – 13; 180s –A.Scerri – 1; L-akbar għeluq – B.Abela – 88.

L-istreaming ta dawn il-logħob jinsab fuq is-sit ta YouTube tal assoċjazzjoni – Malta Premier League of Darts 2016/17 – Day 2. It-tielet ġimgħa tintlab nhar l-Erbgħa 8 ta Frar 2017 fl istabbiliment Uncle Matts Kitchen ġewwa Marsaskala bil-logħob jibda fit-Tmienja ta filgħaxija.

TAZZA 4 A-SIDE

Jintlabu l-ewwel legg mir-rawnd preliminari tat-tazza 4 a-side b dawn ir-riżultati.
Sta.Venera Red Square vs St.Paul’s Diamonds 14-2; Hamrun Education Bar B vs Floriana Ajax D 9-7; Mosta Horseshoe Bar A vs Floriana Ajax C 14-2; Floriana Ajax Bar A vs Gudja POs Bar A 11-5; Kalkara St.Joseph BC A vs Beland BC B 12-4.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association