Press Release: 17.Gimgħa – Staġun 2016/17

IL-LOGĦBA TAL-ĠIMGĦA / ROUND UP – SBATAX IL-ĠIMGĦA
DRAW BEJN IL-LIDERS, KALKARA ST JOSEPH U FURJANA AJAX A

L-ewwel Diviżjoni – Il-logħba tant mistennija bejn il-liders ta l-ewwel diviżjoni, Kalkara St Joseph u Furjana Ajax A intemmet fi draw ta` 4-4 għat-tieni darba dan l-istaġun. Rebħa għal Norbert Attard fl-ewwel logħba tagħti l-vantaġġ lil Greens imma risposta immedjata min Kalkara rat ir-riżultat jaqra 3-1 wara erbgħa logħbiet. Kirsten Aquilna u Mario Aquilina fl-individwali u l-istess plejers fid-doppji bir-rebħiet għal-Kalkara. Furjana inaqqsu d-distakk permess ta` Vincent Busutill fil-ħames leg imma rebħa għal Andy Keen fis-sitt leg ikkonsolidat il-vantaġġ doppju għal-Kalkara u draw garantit. B` darhom mal-ħajt, Furjana Ajax irnexxilhom jiksbu punt prezzjuż b`rebħiet min David Attard fis-seba’ leg u Vincent Busutill/John Ciantar fid-doppji finali. F` partiti oħra mid-diviżjoni Mosta Horseshoe Bar A għelbu lil BBugia Cox Sports Club 6-2 u min naħa ta` isfel tal-klassifika draw ta` 4-4 bejn Gudja POs Bar A u Bormla Bocci u rebħa walk-over ta` Żejtun Beland Bullseye fuq Żejtun Juventutis Domus toħroġ lit-tim Żejtuni mil postijiet tar-relegazzjoni.

It-tieni Diviżjoni – Hamrun Education Bar A pproduċew prestazzjoni brillanti b` rebħa ta 6-2 fuq il-liders Buġibba Munchies Pub. B` din ir-rebħa t-tim Ħamruniż jinsab fil-quċċata tal-klassifika punt vantaġġ fuq Buġibba b` 34 punt, segwiti min Senglea Manchester Conquest fuq 31 punt wara rebħa faċli ta` 6-2 fuq Furjana Ajax B fi tmiem il-ġimgħa.

It-tielet Diviżjoni – Mosta Horseshoe Bar B ġew uffiċjalment dikjarati champions b` rebħa komda ta` 8-0 fuq it-tim ta Mgarr The Hatch. Il-kontendenti għal-promozzjoni, Buġibba Sun City u Hamrun Education Bar B jirbħu bi iskor identiku ta` 5-3 fuq Mqabba St Mary u St Pauls Diamonds rispettivament.

Riżultati – Sbatax il-ġimgħa (24/03/2017)
1. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Kalkara St Joseph v Furjana Ajax A 4-4; BBugia Cox Sports Club A v Mosta Horseshoe Bar A 2-6.
RELEGATION DIV: Gudja POs Bar A v Bormla Bocci Club 4-4; Żejtun Beland Bullseye v Żejtun Juventutis Domus 8-0.

2. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Ħamrun Education Bar A v Buġibba Munchies Pub 6-2; Furjana Ajax B v Senglea M. Conquest 2-6.
RELEGATION DIV: Cospicua Rangers v Gudja POs Bar B 5-3; Mosta Bocci Club v BBugia Cox Sports Club B 7-1.

3. Diviżjoni
St Paul`s Diamonds v Hamrun Education Bar B 3-5; Buġibba Interc. Sun City v Mqabba St Mary BC 5-3; Mosta Horseshoe Bar B v Mgarr The Hatch Sports Bar 8-0.

Klassifika – Sbatax il-ġimgħa (24/03/2017)
1. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIVISION: 1st Kalkara St Joseph, Furjana Ajax A – 44 punt; 3rd Mosta Horseshoe Bar A – 34 punt; 4th BBugia Cox Sports Club A – 14 punt.
RELEGATION DIVISION: 5th Zejtun Beland Bullseye – 20 punt; 6th Gudja POs Bar A, Bormla Bocci Club – 17 punt; 8th Zejtun Juventutis Domus (relegati) – 2 punti.

2. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIVISION: 1st Hamrun Education Bar A – 35 punt; 2nd Bugibba Munchies Pub – 34 punt; 3rd Senglea M. Conquest – 31 punt; 4th Furjana Ajax B – 26 punt.
RELEGATION DIVISION: 5th Cospicua Rangers – 31 punt; 6th Gudja POs Bar B – 16 punt; 7th Mosta Bocci Club – 14 punt; 8th BBugia Cox Sports Club B (relegati) – 3 punti.

3. Diviżjoni
1st Mosta Horseshoe Bar B (Champions) – 43 punt; 2nd Bugibba Intercontinental Sun City – 32 punt; 3rd Hamrun Education Bar B – 27 punt; 4th St. Venera Red Square – 20 punt; 5th Mqabba St. Mary BC – 15 punt; 6th St Pauls Diamonds – 7 punti; 7th Mgarr The Hatch Sports Bar – 4 punti.

Logħbiet – It-tmintax il-ġimgħa
1. Diviżjoni (21/04/2017)
CHAMPIONSHIP DIV: Mosta Horseshoe Bar A v Furjana Ajax A; BBugia Cox Sports Club A v Kalkara St Joseph.
RELEGATION DIV: Gudja POs Bar A v Zejtun Beland Bullseye.

2. Diviżjoni (21/04/2017)
CHAMPIONSHIP DIV: Furjana Ajax B v Bugibba Munchies Pub; Senglea M. Conquest v Hamrun Education Bar A.
RELEGATION DIV: Cospicua Rangers v BBugia Cox Sports Club B; Mosta Bocci Club v Gudja POs Bar B.

3. Diviżjoni (30/03/2017)
Mgarr The Hatch Sports Bar v St Paul`s Diamonds; Hamrun Education Bar B v Bugibba Interc. Sun City; St. Venera Red Square v Mosta Horseshoe Bar B.

TAZZA SUPER CUP – IR-RABA QUALIFIER

Ir-raba qualifier ra lil Toni Demanuele u Martin Debono jikkwalifikaw għall-fażi ta’ l-aħħar 32 fit-tazza Super Cup. Fil-final għelbu li Emmanuel Ciantar u George Mizzi bi skor ta 3-2.
Il-lista kompluta tal-plejer kwalifikati taqra hekk:
Jikkwalifikaw mil-Premier League: Norbert Attard; Albert Scerri; Godfrey Abela; David Attard; Brian Abela; Vincent Busutill; John Ciantar; John Agius.
Jikkwalifikaw mil-Qualifiers ta Super Cup: Andy Keen; Alfred Abela; Gordon Stanmore; Chris Cohen; Mario Tonna; Twanny Roberts; Martin Debono; Tony Demanuele.
Jikkwalifikaw mil-punti fil-Qualifiers: Tony Borg (A); George Mizzi; Neville Grech; Joe Caruana; Kirsten Aquilna; Enrico Scerri; Emmanuel Ciantar; Mario Aquilina; Stefan Licari; Martin Sacco; Terry Agius; Andre Zammit; Mario Cutajar; Daniel Serences; Kevin Grech. Jeħtieġ decider preliminari bejn David Portelli; John Pisani; Alfred Zaffarese u Steven Galea għal-aħħar post ma tnejn u tletin.

L-aħħar fażi ser jintlagħab nhar it-Tlieta 7 ta’ Marżu ġewwa z-Żejtun Domus bil-logħob jibda fis-7:30pm.

TAZZA 4 A-SIDE

Jintlagħbu t-tieni leg mil-fażi ta` l-aħħar sittax tat-tazza 4 a-side fejn Kalkara St Joseph, Furjana Ajax u Mosta Horseshoe Bar jikkwalifikaw b` żewġ tims kull wieħed u Senglea M. Conquest, Cospicua Rangers jirrappreżentaw it-tieni diviżjoni. Ir-riżultati mil-logħbiet jaqraw hekk:
Mosta Horseshoe Bar B v Kalkara St Joseph 3 – 13 (agg. 8-24); Gudja POs Bar B v Floriana Ajax A 1-15 (agg. 3-29); Hamrun Education Bar A v Mosta Horseshoe Bar A 5-11 (agg. 11-21); Bugibba Sun City v Cospicua Rangers 7-9 (agg. 9-23); Kalkara St.Joseph B v Hamrun Education B 12-4 (agg. 23-9); Mosta Bocci Club v Floriana Ajax B 6- 10 (agg. 11-21); Sta. Venera Red Square v Senglea M. Conquest 4-12 (agg. 11-21).

Il-kwarti tal-finali jintlagħbu f 21/03 u 28/03 b dawn il-logħbiet skedati: Kalkara St Joseph A v Mosta Horseshoe Bar C; Furjana Ajax A v Furjana Ajax B; Mosta Horseshoe Bar A v Cospicua Rangers; Senglea M. Conquest v Kalkara St Joseph B.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association