Press Release: 18.Gimgħa – Staġun 2016/17

ROUND UP – TMINTAX IL-ĠIMGĦA
PASS KBIR GĦAL-ĦAMRUN EDUCATION BAR B FL-ISFIDA GĦAL-PROMOZZJONI

It-tielet Diviżjoni – Hamrun Education Bar B għamlu pass kbir lejn il-promozzjoni meta fil-konfront dirett ta` tmiem il-ġimgħa min-naħa ta` fuq tal-klassifika huma għelbu lil Buġibba Sun City bi-iskor ta` 5-3. Matul l-istaġun it-tim min Buġibba gawda min vantaġġ ta` bejn ħames u tmien punti fuq l-avversarji tagħhom imma wara din it-telfa d-distakk naqas għaż-żewġ punti bit-tim Ħamruniż jilgħabu logħba anqas. Mil-partiti l-oħra mit-tielet diviżjoni c-champions, Mosta Horseshoe Bar B spiċċaw fi draw ta` 4-4 kontra St Venera Red Square u logħba bejn iż-żewġ timijiet li jokkupaw l-aħħar postijiet fil-klassifika rajna lil St Paul`s Diamonds jiksbu rebħa faċli ta` 7-1 fuq Mgarr The Hatch.

Riżultati – It-tmintax il-ġimgħa (30/03/2017)
3. Diviżjoni
Mgarr The Hatch Sports Bar v St Paul`s Diamonds 1-7; Hamrun Education Bar B v Bugibba Interc. Sun City 5-3; St. Venera Red Square v Mosta Horseshoe Bar B 4-4.

Klassifika – It-tmintax il-ġimgħa (30/03/2017)
3. Diviżjoni
1st Mosta Horseshoe Bar B (Champions) – 44 punt; 2nd Bugibba Intercontinental Sun City – 32 punt; 3rd Hamrun Education Bar B – 30 punt; 4th St. Venera Red Square – 21 punt; 5th Mqabba St. Mary BC – 15 punt; 6th St Pauls Diamonds – 10 punti; 7th Mgarr The Hatch Sports Bar – 4 punti.

Logħbiet – It-tmintax/Dsatax il-ġimgħa (21/04/2017)
1. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Mosta Horseshoe Bar A v Furjana Ajax A; BBugia Cox Sports Club A v Kalkara St Joseph.
RELEGATION DIV: Gudja POs Bar A v Zejtun Beland Bullseye.

2. Diviżjoni
CHAMPIONSHIP DIV: Furjana Ajax B v Bugibba Munchies Pub; Senglea M. Conquest v Hamrun Education Bar A.
RELEGATION DIV: Cospicua Rangers v BBugia Cox Sports Club B; Mosta Bocci Club v Gudja POs Bar B.

3. Diviżjoni
Hamrun Education Bar B v Mgarr The Hatch Sports Bar; Mosta Horseshoe Bar B v Mqabba St Mary BC; St Paul`s Diamonds v St. Venera Red Square.

KAMPJONATI NAZZJONALI TAD-DOPPJI
L-AĦWA ATTARD IŻOMMU T-TITLU

Numru sabiħ ta` parteċipanti ħadu sehem fil-kompetizzjoni nazzjonali tad-doppji ġewwa z-Żejtun Domus fejn rajna lil aħwa Norbert u David Attard jirbħu t-titlu għat-tieni sena konsekuttiva. Fi triqthom għal-finali huma jegħlbu l-isfida ta` B.Desira/N.Ebejer 3-0 fil fażi ta` l-aħħar 32; V.Busutill/J.Agius 3-0 fil-fażi ta` l-aħħar 16; E.Scerri/T.Borg 3-1 fil-kwarti tal-finali u A.Scerri/G.Abela 4-2 fis-semi finali. Fil-finali lagħbu kontra M.Aquilna/E.Ciantar ta` Kalkara fejn l-ewwel leg ntrebaħ minnhom, imma reazzjoni mil-aħwa Attard ratom jirbħu erbgħa legs konsekuttivi għall-vantaġġ ta 4-1. Aquilna/Ciantar inaqqsu distakk b` rebħa fis-sitt leg imma għal-darba oħra reazzjoni immedjata min Norbert u David fis-seba’ leg li fissret ir-rebħ tat-titlu ta` Champions nazzjonali tad-doppji ta` l-istaġun 2016/17. Dan it-titlu kien it-tielet wieħed għal-aħwa fi spazju ta` anqas min sena hekk kif f` Novembru ta 2016 rebħu wkoll it-titlu ta` prestiġju l-Malta International Darts Open.

KAMPJONATI NAZZJONALI FEMMINILI
BEV KEEN TIRBAĦ L-UNUR

Wara nuqqas ta` numru ta` snin il-kampjonati nazzjonali tan-nisa regaw ġew introdotti fuq il-kalendarju tal-MDA, fejn tmintax il-plejer ikkompetew għal-unur ta` Champion Nazzjonali. Bev Keen tirbaħ l-unur b` rebħiet fuq Tracy Chambers 2-0, Elaine Liddell 2-1, Anne Hughes 3-0 u fil-finali 3-0 kontra Stephania Buhagiar. Fix-xhur li ġejjin l-assoċjazzjoni ser tkompli taħdem biex issaħħaħ il-kategoriji femminili bl-għan li tilħaq miri ambizzjużi fis-snin li ġejjin.

TAZZA 5 A-SIDE

Jintlagħbu l-ewwel leg mil-kwarti tal-finali tat-tazza 5 a-side bit-tims ta` Senglea M. Conquest, Mosta Horseshoe A, Furjana Ajax A u Kalkara St Joseph jieħdu vantaġġ għal-leg ta` ritorn.
Riżultati: BBugia Cox Sports Club v Senglea M. Conquest 2-3; Mosta Horseshoe Bar A v Hamrun Education Bar A 4-1; Furjana Ajax A v Gudja POs Bar B 5-0; Kalkara St Joseph v Zejtun Beland Bullseye 4-1.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association