Category: Maltese Press Releases

4. Gimgha – Press Release (MLT)

ROUND UP – KAMPJONATI NAZZJONALI

L-ewwel Diviżjoni: Mosta Horseshoe Bar A żammew il-bidu perfett tal-kampjonat bi prestazzjoni brillanti hekk kif għelbu lic-Champions renjanti, Kalkara St Joseph bl-iskor ta’ 7-1. Ir-rebħiet għal-Mosta waslu min Tony Borg, Brian Abela, Godfrey Abela, Joe Mallia u Malcolm Smith fl-individwali u B.Abela/T.Borg u G.Abela/T.Demanuele fid-doppji.

Read more

2. Gimgha – Press Release (MLT)

ROUND UP – KAMPJONATI NAZZJONALI

L-ewwel Diviżjoni: It-tieni ġimgħa ipproduċiet erbgħa rebħiet għall-viżitaturi Kalkara St Joseph, Floriana Ajax A, Mosta Horseshoe Bar A u Gudja POs Bar A. Wara żewġ logħbiet, dawn l-erbgħa timijiet jinsabu minajr telfa.

It-tieni Diviżjoni: Mosta Horseshoe Bar B u St Venera Red Square jidhru li ser jkunu tnejn mil-kontendenti għar-rebħ

Read more

1. Gimgha – Press Release (MLT)

ROUND UP – KAMPJONATI NAZZJONALI

L-ewwel Diviżjoni: L-ebda sorpriżi fl-ewwel ġimgħa tal-kampjonat biż-żewġ kontendenti għat-titlu Kalkara St Joseph u Floriana Ajax MCP A jirreġistraw rebħiet faċli fuq Birżebbuġa Cox Sports Club A u Ħamrun Education Bar A rispettivament.

It-tieni Diviżjoni: In-neo promossi, Mosta Horseshoe Bar B komplew min fejn ħallew l-istaġun

Read more

Press Release: Plejers Maltin jikkompetu gewwa l-Ingilterra u l-ewwel loghbiet tal-kampjonati nazzjonali 2017/18

TLIET PLEJERS MALTIN JIKKOMPETU ĠEWWA L-INGILTERRA

Matul l-aħħar ġimgħa, tliet plejers Maltin ikkompetew f’ erbgħa kompetizzjonijiet prestiġjużi ġewwa Bridlington, fl-Ingilterra. Norbert Attard, Albert Scerri w Paul Busuttil ma rnexxielhomx jaslu sal-fażijiet finali ta’ l-ebda kompetizzjoni, però din l-esperjenza swiethom ħafna ġid peress li numru ta’ plejers ta’ stoffa mondjali kienu qed jipparteċipaw fl-istess attivitajiet.

Ir-riżultati

Read more

Press Release: Il-56 Edizzjoni Tal-Kampjonati Nazzjonali

Wasalna ftit ġimghat il-bod mil bidu ta’ sitta u ħamsin edizzjoni tal-kampjonati nazzjonali tad-darts f’ Malta fejn għal-darba oħra mistenni jkollna kampjonati missielta f’ kull diviżjoni. F’ dawn l-aħħar snin, dan l-isport f’ Malta kompla jikber fil-popolarità u evidenza ċara ta’ dan hija li għal-kampjonati ta’ din is-sena hemm xejn anqas min disa’ clubs ġodda, b’ wieħed

Read more

Press Release: Ikla ta` tmiem l-Istagun u l-attivita għal-MCCF (Bullseye for Charity)

STAGUN 2016/17 – PRESENTATION DINNER & BULLSEYE FOR CHARITY EVENT

Matul l-ewwel ġimgħa ta’ Awissu, l-Malta Darts Association organizzat żewġ avvenimenti importanti; l-preżentazzjoni ta’ tmiem l-istagun 2016/17 u attività ġewwa l-Kalkara bi ġbir ta’ fondi għal-MCCF.

Il-preżentazzjoni ta’ tmien l-istaġun li saret ġewwa l-Golden Tulip Vivaldi Hotel f’

Read more

Press Release: XVII MEDITERRANEAN CUP

TAZZA TAL-MEDITERRAN EDIZZJONI XVII ŻEWG MIDALJI TAL-FIDDA U WAĦDA BRONŻ GĦAL-MALTA

Is-Sbatax il-edizzjoni tat-tazza tal-Mediterran li kienet qeda tintlagħab ġewwa Poissy fi Franza ġiet fi tmiem bit-tim nazzjonali Malti jirbaħ tliet midalji; tnejn tal-fidda fil-kompetizzjoni tat-tim u l-individwali u bronż fil-klassifika finali. It-tim kompost min erbgħa plejers: Norbert Attard, David Attard, Godfrey Abela u John Agius beda bl-impenji tiegħu l-Ħamis fejn it-tim irnexxilu jikkwalifika mil-fażi tal-grupp. Fl-ewwel partita safa` megħlub 9-7 mir-Rumanija imma żewġ rebħiet konvinċenti fuq il-Greċja 9-6 u Ċipru 9-4 poġġew lit-tim Malti fit-tieni post tal-klassifika. Fit-tieni ġurnata ntalbu l-partiti mil-kompetizzjoni tal-individwali u l-pari bil-plejer Malti, John Agius jibrilla flindividwali b` rebħiet fuq E.Pantelidis tal-Greċja 4-0; R.Negot tar-Rumanija 4-1 u D.Carrasco tal-Katalonja 4-3 biex jassigura post fis-semi finali. Norbert u David Attard sfaw eliminati ma l-aħħar sittax, b` Abela jinqala rawnd qabel. Mil-kompetizzjoni tal-pari l-ebda tim Malti ma irnexxilu jasal sa semi-finali. Fl-aħħar ġurnata mimlija b`emozzjonijet għall-kontinġent Malti bdiet fuq nota tajba b` Agius jirbaħ is-semi finali tiegħu 4-1 kontra A.Frim tar-Rumanija. It-tieni logħba kienet dik mil-fażi tas-semi finali tat-tims fejn Malta irnexxilhom jegħlbu lil hosts, Franza 9-8 b` rimonta brillanti wara t-tim Malti sab ruħu 8-4 min taħt. Il-logħob kompla wara nofsinhar, l-ewwel bil-finali tal-individwali b` John Agius jitlef 4-3 kontra l-Franċiż, Jacques Labre wara li kien qed igawdi b` vantaġġ doppju ta` 3-1. L-aħħar partita mil-kompetizzjoni kienet il-finali tat-tims fejn Malta sfaw megħluba għat-tieni darba mit-tim Rumen bi iskor identiku ta` 9-7. F` din il-partita t-tim Malti kien fuq in-naħa lħażina ta` rimonta hekk kif ma rnexxielux jagħlaq l-partita min vantaġġ ta 7-4.

Andre Zammit (public relations officer): “Bħalissa normali li l-plejers ikunu xi ftit diżappuntati b` żewġ telfiet fil-finali, imma overall kburin bil-prestazzjoni tat-tim kollu speċjalment li tnejn mil-erbgħa plejers kienu qedin jagħmlu d-debut tagħhom fit-tim nazzjonali – John Agius u David Attard”.

XVII MEDITERRANEAN CUP – UNURI:

Irġiel overall – 1st France

Read more