Press Release: Ikla ta` tmiem l-Istagun u l-attivita għal-MCCF (Bullseye for Charity)

STAGUN 2016/17 – PRESENTATION DINNER & BULLSEYE FOR CHARITY EVENT

Matul l-ewwel ġimgħa ta’ Awissu, l-Malta Darts Association organizzat żewġ avvenimenti importanti; l-preżentazzjoni ta’ tmiem l-istagun 2016/17 u attività ġewwa l-Kalkara bi ġbir ta’ fondi għal-MCCF.

Il-preżentazzjoni ta’ tmien l-istaġun li saret ġewwa l-Golden Tulip Vivaldi Hotel f’ San Giljan, attendew għalija numru rekord ta’ nies, 160. Matul is-serata numru ta’ premjijiet ingħataw lil timijiet u plejers għas-suċċessi li kisbu matul listaġun 2016/17. L-Onorevoli David Agius, shadow minister għaż-żgħażagħ u l-isport u Julian Pace Bonello, President tal-kumitat Olimpiku Malti, ippreżentaw l-awards flimkien mal-president tal-assoċjazzjoni tad-darts, Edward Bonnici.

It-tieni attività bi ġbir ta’ fondi għal-Malta Community Chest Fund Foundation, saret ġewwa l-Kalkara nhar il-ġimgħa 4 ta’ Awissu. L-attività bl-isem, Bullseye for Charity kienet organizzata mil-Malta Darts Association b’ kollaborazzjoni mal-kunsill lokali tal-Kalkara, CRPD u Breaking Limit b’ numru ta’ attivitajiet matul is-serata, bħal-sessjonijiet ta’ darts għal-nies b’ diżabilità; kompetizzjoni tad-darts; diversi kantanti u żeffiena bħal Street Elements hip-hop artists, Kapitlu Tlettax u DJBon; show tal-karozzi Ford; tberik tal-annimali; l-armar ta’ pitch tal-futbol organizzat mil-NGO Move fejn preżenti kien hemm erbgħa plejers tat-tim nazzjonali tal-Futsal u l-ex plejer tat-tim nazzjonali tal-futbol, Gareth Sciberras u ħafna aktar.

Eċċellenza tagħha Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta flimkien mal-Onorevoli Clifton Grima, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Organizzazzjonijiet volontariji; Oliver Scicluna, President ta’ CRPD; Speranza
Chircop, Sindku tal-Kalkara; Dun Brian Gialanze, Kappillan tal-lokalita’ u Edward Bonnici, President tal-Malta Darts Association, taw diskors matul il-ftuħ ta’ din l-attivita.

F’isem il-Malta Darts Association nixtiequ nirringrazzjaw l-isponsors u lil-pubbliku preżenti għall-parteċipazzjoni u lkontribut għal din l-attivita.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association