Press Release: XVII MEDITERRANEAN CUP

TAZZA TAL-MEDITERRAN EDIZZJONI XVII ŻEWG MIDALJI TAL-FIDDA U WAĦDA BRONŻ GĦAL-MALTA

Is-Sbatax il-edizzjoni tat-tazza tal-Mediterran li kienet qeda tintlagħab ġewwa Poissy fi Franza ġiet fi tmiem bit-tim nazzjonali Malti jirbaħ tliet midalji; tnejn tal-fidda fil-kompetizzjoni tat-tim u l-individwali u bronż fil-klassifika finali. It-tim kompost min erbgħa plejers: Norbert Attard, David Attard, Godfrey Abela u John Agius beda bl-impenji tiegħu l-Ħamis fejn it-tim irnexxilu jikkwalifika mil-fażi tal-grupp. Fl-ewwel partita safa` megħlub 9-7 mir-Rumanija imma żewġ rebħiet konvinċenti fuq il-Greċja 9-6 u Ċipru 9-4 poġġew lit-tim Malti fit-tieni post tal-klassifika.

Fit-tieni ġurnata ntalbu l-partiti mil-kompetizzjoni tal-individwali u l-pari bil-plejer Malti, John Agius jibrilla flindividwali b` rebħiet fuq E.Pantelidis tal-Greċja 4-0; R.Negot tar-Rumanija 4-1 u D.Carrasco tal-Katalonja 4-3 biex jassigura post fis-semi finali. Norbert u David Attard sfaw eliminati ma l-aħħar sittax, b` Abela jinqala rawnd qabel. Mil-kompetizzjoni tal-pari l-ebda tim Malti ma irnexxilu jasal sa semi-finali.

Fl-aħħar ġurnata mimlija b`emozzjonijet għall-kontinġent Malti bdiet fuq nota tajba b` Agius jirbaħ is-semi finali tiegħu 4-1 kontra A.Frim tar-Rumanija. It-tieni logħba kienet dik mil-fażi tas-semi finali tat-tims fejn Malta irnexxilhom jegħlbu lil hosts, Franza 9-8 b` rimonta brillanti wara t-tim Malti sab ruħu 8-4 min taħt. Il-logħob kompla wara nofsinhar, l-ewwel bil-finali tal-individwali b` John Agius jitlef 4-3 kontra l-Franċiż, Jacques Labre wara li kien qed igawdi b` vantaġġ doppju ta` 3-1. L-aħħar partita mil-kompetizzjoni kienet il-finali tat-tims fejn Malta sfaw megħluba għat-tieni darba mit-tim Rumen bi iskor identiku ta` 9-7. F` din il-partita t-tim Malti kien fuq in-naħa lħażina ta` rimonta hekk kif ma rnexxielux jagħlaq l-partita min vantaġġ ta 7-4.

Andre Zammit (public relations officer): “Bħalissa normali li l-plejers ikunu xi ftit diżappuntati b` żewġ telfiet fil-finali, imma overall kburin bil-prestazzjoni tat-tim kollu speċjalment li tnejn mil-erbgħa plejers kienu qedin jagħmlu d-debut tagħhom fit-tim nazzjonali – John Agius u David Attard”.

XVII MEDITERRANEAN CUP – UNURI:

Irġiel overall – 1st France 58 punt; 2nd Romania 46 punt; 3rd MALTA 38 punt; 4th Turkey 26 punt; 5th Catalonia 20 punt; 6th Gibraltar 18 il- punt; 7th Cyprus 14 il- punt; 8th Greece 12 il- punt.

Irġiel tim – 1st Romania; 2nd MALTA; 3rd France & Catalonia Irġiel singoli – 1st J.Labre (FRA); 2nd J.Agius (MLT); 3rd A.Frim (ROU) & K.Pantelidis (GRE).

Irġiel pari – 1st France; 2nd Gibraltar; 3rd Turkey & Romania.

Nisa overall – 1st Catalonia & Greece A 18 il-punt; 3rd Turkey A 14 il-punt; 4th France A 12 il-punt; 5th Turkey B & France B 6 punti; 7th Greece B 4 punti; 8th Romania 0 punt.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association