Press Release: Il-56 Edizzjoni Tal-Kampjonati Nazzjonali

Wasalna ftit ġimghat il-bod mil bidu ta’ sitta u ħamsin edizzjoni tal-kampjonati nazzjonali tad-darts f’ Malta fejn għal-darba oħra mistenni jkollna kampjonati missielta f’ kull diviżjoni. F’ dawn l-aħħar snin, dan l-isport f’ Malta kompla jikber fil-popolarità u evidenza ċara ta’ dan hija li għal-kampjonati ta’ din is-sena hemm xejn anqas min disa’ clubs ġodda, b’ wieħed minnhom kompost kollu min plejers nisa.

IL-KAMPJONATI NAZZJONALI

L-ewwel diviżjoni: Kalkara St Joseph, Furjana Ajax A, Mosta Horseshoe Bar A, Birżebbuġa Cox Sports Club A, Żejtun Beland Bullseye, Gudja POs Bar A, Ħamrun Education Bar A, Senglea M. Conquest A.

Fl-ewwel diviżjoni l’ indikazzjonijiet juru li ser tkun battalja bejn żewġ timijiet għal-unur prinċipali fejn ic-Ċhampions renjanti, Kalkara St Joseph flimkien ma runners up, Furjana Ajax A jibdew l-istaġun bil-mira li jtemmu l-impenji tahom fil-quċċata tal-klassifika. Mosta Horseshoe Bar A u Birżebbuġa Cox Sports Club A mistennija jispiċċaw fit-tielet u raba post li jfisser post fid-diviżjoni championship. L-għan prinċipali tal-erbgħa tims l-oħra ser tkun li jżommu posthom fl-għola diviżjoni għal-sena oħra.

It-tieni diviżjoni: Furjana Ajax B, Cospicua Rangers, Gudja POs Bar B, Birżebbuġa Cox Sports Club B, Mosta Horseshoe Bar B, Ħamrun Education Bar B, Buġibba Sun City A, St Venera Red Square.

Tliet timijiet jibdew bħala favoriti għal-promozzjoni – Mosta Horseshoe Bar B, Furjana Ajax B u St Venera Red Square fejn matul ix-xhur ta’ sajf kienu attivi b’ numru ta’ akkwisti ġodda. Ir-raba post fid-diviżjoni championship mistenni jkun msielet bejn il-kumplament tat-timijiet fit-tieni diviżjoni.

It-tielet diviżjoni: Mqabba St Mary BC, St Paul’s Diamonds, Mġarr The Hatch Sports Pub, Buġibba Sun City Ladies, Furjana Ajax C, Furjana Bocci Club, Ħamrun Bayern Munich, Senglea M. Conquest B, Siġġiewi St Nicholas BC, Sliema Tipico Club Lounge, St Paul’s Band Club, Żurrieq FC.

It-tielet diviżjoni komposta min disa’ tims ġodda fejn kollox huwa possibbli, speċjalment għaliex maġġoranza ta’ dawn it-tims huma komposti min plejers ġodda għal-kampjonati nazzjonali, kif wkoll il-clubs għadhom fiċ-ċans li jissaħħu b’ akkwisti ġodda. Dan ser jkun kampjonat speċjali għal-assoċjazzjoni għal-numru ta’ raġunijiet bl-aktar mportanti jkunu li għat-tieni darba fl-istorja ser jkun hemm tim kompost kollu min plejers nisa u tliet ibliet ġodda f Malta ser jkunu rappreżentati; Siġġiewi, Sliema u Żurrieq.

F isem il-Malta Darts Association nixtiequ nawguraw lit-tims kollha staġun ta’ suċċess.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association