Press Release: 26.Gimgħa – Staġun 2016/17

MALTA PREMIER LEAGUE
NORBERT ATTARD CHAMPION NAZZJONALI

Norbert Attard irnexxilu jirbaħ l-ewwel edizzjoni tal-Malta Premier League of Darts wara li fil-finali jegħleb lil Albert Scerri bi iskor ta’ 7-5.Aktar kmieni fis-serata z-żewġ plejers faċilment rebħu s-semi finali tagħhom bi iskor identiku ta’ 5-0 fuq John Agius u Godfrey Abela rispettivament. Fil-finali Scerri irnexxilu jieħu vantaġġ doppju u seta’ jkabbar dan il-vantaġġ aktar, imma numru ta’ darts żbaljati fuq id-doppji ratu jpatti qares hekk kif Attard rebaħ erbgħa legs infila biex fil-break li iskor kien jaqra 4-2 favur Norbert. Attard jirnexxielu wkoll jirbaħ is-seba’ leg, imma Scerri waqaf is-sensiela ta’ legs negattivi b’ rebħa fit-tmien leg. Id-disa’ leg tkun mirbuħa min Attard biex b’ hekk kien jinsab biss leg il-bod mit-titlu. Scerri jirbaħ l-għaxar leg u kompla billi rebaħ wkoll il-ħdax il-leg biex li iskor f’ dan l-istadju kien jaqra 6-5 favur Attard. F’ punt kruċjali tal-partita, Scerri ifalli sitt darts fuq double 18 fejn seta’ jitfa’ l-partita f’ tie-break, b’ Attard japprofitta b’ għeluq ta’ 160 għar-rebħ tat-titlu nazzjonali. Finali ta’ livell għoli fl-istabbiliment ta’ Red Square ġewwa Santa Venera fejn iż-żewġ plejers temmew b’ average ta’ 86.00 fejn rajna wkoll ħames 180s għal-Attard. F’isem il-Malta Darts Association nixtiequ nirringrazzjaw li-sponsors, helpers u plejers li għenu biex l-ewwel edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni tkun ta’ suċċess.

FINALI TAZZA 5 A-SIDE
FURJANA AJAX A JIRBĦU IT-TAZZA 5 A-SIDE

Furjana Ajax A jiksbu l-ewwel unur staġjonali wara rebħa faċli fil-finali tat-tazza 5 a-side fuq Mosta Horseshoe Bar A quddiem folla numeruża ġewwa z-Żejtun Beland Club. John Ciantar ta’ l-vantaġġ lil Furjana b’ rebħa ta’ 3-2 fuq Tony Borg, Norbert Attard ikabbar il-vantaġġ b’ rebħa bi iskor ta’ 3-0 fuq Albert Scerri u Vincent Busuttil rebaħ bl-istess skor fuq Godfrey Abela biex ikkonferma it-titlu għal-Greens. Il-captains ta’ żewġ tims iddeċidew li r-raba u l-ħames logħba ma kien hemm alfejn jintlagħbu peress li l-partita kienet diġà deċiża. Fir-4 ta’ Mejju dawn iż-żewġ tims ser jergaw jiltaqaw din id-darba fil-finali tat-tazza 4 a-side.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association