Press Release: 24.Gimgħa – Staġun 2016/17

NITAĠĦALLMU L-MATEMATIKA BID-DARTS

Aktar kmieni din is-sena, l-Malta Darts Association b’ kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-edukazzjoni taw bidu għal inizjattiva innovattiva fejn l-istudenti tal-kulleġġ San Ignazju ġewwa l-Handaq għandhom il-possibbiltà jitgħallmu l-matematika bl-użu tad-dartboard fejn waqt li l-istudenti jkunu qedin jipprattikaw il-logħba tad-darts huma jiġu mitluba li jaħdmu somom skond il-punteġġ li jkunu ġabu. Għal l-ewwel żewġ terms qedin jipparteċipaw 25 student imħallta bejn subien u tfajliet, b’ etajiet ta’ 11, 12 u 13 il-sena. Ms. Angela Xuereb għalliema tal-matematika f’ din l-iskola qeda takkumpanja lil membri tal-assoċjazzjoni waqt dawn is-sessjonijiet u kellha dawn il-kliem ta’ tifħir għal-dan il-proġett pilota; “Għal-dawn l-aħħar tnax il-ġimgħa numru ta’ studenti qedin jipprattikaw id-darts waqt il-ħin ta’ break. Din l-opportunita intlaqat tajjeb mil-istudenti peress li logħba tad-darts tirrikjedi numru ta’ hiljiet u b’ hekk qeda tejnhom fuq teamwork, hand to eye co-ordination, konċentrazzjoni, kunfidenza u l-aktar importanti itejjeb l-aspett matematiku”.

Il-pjanijiet ambizzjużi tal-assoċjazzjoni huma li fi snin li ġejjin dan il-proġett jkun imtela f’ aktar skejjel u klubs sportivi madwar Malta u Għawdex. Għal aktar informazzjoni tista’ tikkuntattja lil Public Relations Officer tal-assoċjazzjoni, Andre Zammit fuq maltadartsassociation@gmail.com jew iżuru s-sitt ta’ Facebook – Malta Darts Association.

TAZZA 4 A-SIDE – SEMI FINALI

Jintlagħbu iż-żewġ partiti mil-ewwel leg tat-tazza 4 a-side fejn Kalkara St Joseph B jieħdu vantaġġ minimu għal-leg ta’ ritorn wara rebħa ta’ 9-7 fuq Mosta Horseshoe Bar A u fil-partita l-oħra bejn Kalkara St Joseph A u Furjana Ajax A tintemm fi draw ta’ 8-8. Il-leg ta ritorn ser jintlagħbu f’ 18/04.

LADIES CHALLENGE SHIELD

Tintemm it-tielet edizzjoni taċ-Challenge Shield femminili b’ Carol Woodcock jirnexxielha tirbaħ it-titlu għat-tieni sena konsekuttiva b’ 23 punt. Fit-tieni post tispiċċa Jane Agius Baggaley fuq 22 punt u fit-tielet post Bev Keen b’ 21 punt. F’ isem il-Malta Darts Association nixtiequ nikongratulaw lil parteċipanti kollha u lil organizzatur tal-kompetizzjoni David Busuttil ta’ Munchies Pub, Buġibba.

Il-klassifika finali: 1st C.Woodcock – 23 punt; 2nd J.Agius Baggaley – 22 punt; 3rd B. Keen – 21 punt; 4th E.Liddell – 20 punt; 5th J.Caruana, M.McVeigh – 18 il-punt; 7th S.Buhagiar – 17 il-punt; 8th C.Bauchope, L.Tucker, D.Cass, C.Smith – 16 il-punt; 12th T.Chambers – 15 il-punt; 13th M.Stephens – 12 il-punt; 14th M.Zammit Borg – 8 punti.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association