Press Release: Ħarsa lejn il-Malta Premier League of Darts – 2016/17

MALTA PREMIER LEAGUE OF DARTS 2016/17

Ninsabu biss ftit ġranet il-bod mil bidu tal-ewwel Malta Premier League of Darts fejn tmien plejers jikkwalifikaw għal-din ilkompetizzjoni bir-rebbieħ jiġi inkurunat Champion nazzjonali. Il-plejers ser jilgħabu fi grupp “round robin” bl-ewwel erbgħa plejers klassifikati jikkwalifikaw għall-fażi finali fejn jintalabu s-semi finali u l-finali fuq bażi ta knock-out. L-ewwel erbgħa plejers wkoll ser jirrappreżentaw lil Malta fil-logħob tal-Mediterran li ser issiru fi Franza fix-xahar ta Mejju.

Il-plejers li ser jikkompetu huma: Albert Scerri “Grizzly”, 46 – Mosta Horseshoe Bar; Brian Abela “The Joker”, 46 – Mosta Horseshoe Bar; David Attard “The Jockey”, 37 – Floriana Ajax; Godfrey Abela “Taz”, 51 – Mosta Horseshoe Bar; John Agius “Pakku”, 29 – Floriana Ajax; John Ciantar “The Scorpion”, 55 – Floriana Ajax; Norbert Attard “The Knight”, 36 – Floriana Ajax; Vincent Busutill “Hassu”, 60 – Floriana Ajax.

Il-kompetizzjoni tingħata bidu nhar l-Erbgħa 11 ta Jannar u tintemm l-Erbgħa 26 ta April. Il-programm komplut huwa:

Gameweek 1: 11/01/2017 @ Lija Bocci Club;

Gameweek 2: 18/01/2017 @ 120Bar, Mellieha;

Gameweek 3: 08/02/2017 @ Uncle Matt`s Kitchen, Marsascala;

Gameweek 4: 15/02/2017 @ Sun City Bar, Bugibba;

Gameweek 5: 08/03/2017 @ The Malta University Common Room;

Gameweek 6: 29/03/2017 @ Red Bar, Kalkara;

Gameweek 7: 05/04/2017 @ La Roviescata, San Gwann;

Finals Night: 26/04/2016 @ Red Square, St. Venera.

Il-logħob jibda fit-tmienja ta filgħaxija u thul ser jkun b xejn. Għal min ikun indisponsibli l-logħob kollhu ser jixxandar live fuq ic-channel ta YouTube tal assoċjazzjoni. Għal aktar informazzjoni ithlu fil paġna ta Facebook “Malta Darts Association”. F’Isem l-assoċjazzjoni nixtiequ nirringrazzjaw li sponsers kollha li jinkludi lil Budweiser bħala partner uffiċjali u nawguraw lil plejers kollha ir-risq fil-logħob. Let`s play darts!

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association