Press Release: Grand Masters Open – Bologna, Italy

Italian Grand Master Open – Bologna, Italia

RIZULTATI INKREDIBLI GHAL PLAJERS MALTIN FL-ITALJA!

Numru ta plejers Maltin il-weekend li għadda kkompetew fil-Italian Grand Master go Bologna, fl-Italja f kompetizzjoni li tinsab fuq il kalendarju tal- World Darts Federation (WDF).

Is-sibt intalbet il-kompetizzjoni tad-doppji u kellna riżultati tajbin ħafna fejn il-kopja tal-missier u iben; Brian u Owlyn Abela waslu sal-kwarti tal-finali fejn tilfu kontra koppja oħra Maltija, dik ta John Agius u Tony Borg li waslu sal-finali fejn ġew meluba 5-3 min kopja Taljani.

Il-ħadd ir-riżultati kienu aktar impressjonisti fejn fil-kompetizzjoni tas-singoli, l-finali intalbet bejn żewġ plejers Maltin; Norbert Attard għeleb lil Godfrey Abela 6-3. Biex dawn il-plejers waslu sal-finali rebħu tmien logħbiet fejn eliminaw kompetituri tal-livell għoli. B din ir-rebħa, Norbert Attard awtomatikament kwalifika għal BDO Winmau Masters 2016 wieħed mit-tournaments maġġuri fuq il-kalendarju dinji tad-darts.

F isem il-Malta Darts Association nixtieq nifraħ lil plejers lokali kollha l ikompetew fl Italia. Forza Malta!

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association