Press Release: 4.Gimgħa – Staġun 2016/17

IL-LOGĦBA TAL-ĠIMGĦA

REBĦIET IMPORTANTI GĦAL-KALKARA SJ U COSPICUA RANGERS
L-ewwel Diviżjoni – Mosta Horseshoe Bar A v Kalkara St Joseph 2-6
Il-raba ġurnata laqat żewġ kontendenti għal-kampjonat, b Kalkara St Joseph jiksbu tliet punti b rebħa konvinċenti ta 6-2 fuq Mosta Horseshoe Bar A. Wara żewġ logħbiet l-iskorr kien ta pari, b Kirsten Aquilina jirbaħ għal-Kalkara w Albert Scerri għal-Mosta. Kalkara irnexxilhom jiftħu vantaġġ ta tliet logħbiet b rebħiet jaslu min Chris Cohen u Andy Keen fl-individwali w K.Aquilina/Stanmore fid-doppji li fissret wkoll li d-draw kien garantit. Brian Abela naqqas id-distakk għal-Horseshoe, imma tmiem bsahtu tal-viżitaturi jassiguraw it-tliet punti li jfissru li Kalkara jibqaw b punti massimi wara erbgħa logħbiet. Rebħiet finali jaslu min Stanmore fl-individwali w Keen/Ciantar fid-doppji. Il-kampjonati nazzjonali jirritornaw fil-25 ta Novembru peress li bejn il-15 u 17 ta Novembru ser jintlab l-Open Internazzjonali tad-darts f Malta.

It-Tieni Diviżjoni – Cospicua Rangers v Hamrun Education Bar A 7-1
Fit-tieni diviżjoni, Cospicua Rangers għelbu lil Hamrun Education Bar A b rebħa konvinċenti ta 7-1 li tfisser l-ewwel telfa għal-Hamrun fejn wara erbgħa logħbiet dawn iż-żewġ timijiet jinsabu fil-quċċata tal klassifika b disa’ punti, segwiti min Floriana Ajax B punt anqas. L-ewwel żewġ logħbiet marru waħda kull naħa fejn Antnick Bugeja rebaħ għal-Rangers u Mario Tonna għal-Education. Mit-tliet logħba l-quddiem, Cospicua ħadu kontroll tal-partita u rnexxielhom jirbħu kull logħba b rebħiet jaslu min Martin Debono, Andre Zammit, George Mizzi w Melchior Farrugia fl-individwali w Bugeja/Debono w Mizzi/Farrugia fid-doppji.

Riżultati – It-raba ġimgħa (11/11/2016)
1. Diviżjoni
Zejtun Beland Bullseye v Gudja POs Bar A 2-6; Mosta Horseshoe Bar A v Kalkara St Joseph 2-6; Bormla Bocci Club v Zejtun Juventutis Domus 4-4; Floriana Ajax A v BBugia Cox Sports Club A 6-2.

2. Diviżjoni
Cospicua Rangers vs Hamrun Education Bar A 7-1; Bugibba Munchies Pub vs Senglea M. Conquest 5-3; Gudja POs Bar B vs Mosta Bocci Club 6-2; BBugia Cox Sports Club B vs Floriana Ajax B 0-8.

3. Diviżjoni
Mgarr The Hatch Sports Bar vs St Paul`s Diamonds 2-6; Hamrun Education Bar B vs Bugibba Interc. Sun City 3-5; St. Venera Red Square vs Mosta Horseshoe Bar B 3-5.

Klassifika – Ir-raba ġimgħa (11/11/2016)
1. Diviżjoni
1st Floriana Ajax A, Kalkara St Joseph – 12 punti; 3rd Mosta Horseshoe Bar A, Gudja POs Bar A – 7 punti; 5th BBugia Cox Sports Club A, Zejtun Beland Bullseye – 3 punti; 7th Bormla Bocci Club, Zejtun Juventutis Domus – 0 punti.

2. Diviżjoni
1st Cospicua Rangers, Hamrun Education Bar A – 9 punti; 3rd Floriana Ajax B – 8 punti; 4th Bugibba Munchies Pub – 7 punti; 5th Mosta Bocci Club – 5 punti; 6th Senglea M. Conquest – 4 punti; 7th Gudja POs Bar B – 3 punti; 8th BBugia Cox Sports Club B – 0 punti.

3. Diviżjoni
1st Mosta Horseshoe Bar B – 12 punti; 2nd Bugibba Intercontinental Sun City – 10 punti; 3rd Hamrun Education Bar B, St. Pauls Diamonds – 3 punti; 5th Mqabba St Mary BC, St. Venera Red Square – 2 punti; 7th Mgarr The Hatch Sports Bar – 1 punt.

Logħbiet – Il-ħames ġimgħa (25/11/2016)
1. Diviżjoni
Bormla Bocci Club v Mosta Horseshoe Bar A; BBugia Cox Sports Club A v Zejtun Beland Bullseye; Zejtun Juventutis Domus v Gudja POs Bar A; Kalkara St Joseph v Floriana Ajax A.

2. Diviżjoni
Gudja POs Bar B v Bugibba Munchies Pub; Floriana Ajax B v Cospicua Rangers; Mosta Bocci Club v Hamrun Education Bar A; Senglea M. Conquest v BBugia Cox Sports Club B.

3. Diviżjoni
Hamrun Education Bar B v Mgarr The Hatch Sports Bar; Mosta Horseshoe Bar B v Mqabba St Mary BC; St Paul`s Diamonds v St. Venera Red Square.

MALTA PREMIER LEAGUE OF DARTS – IR-RABA QUALIFIER
AGIUS U ABELA JIKKOMPLETAW IL-LISTA TAL-PLEJERS IKKWALIFIKATI
Ir-raba w l-aħħar qualifier ra lil John Agius ta Floriana Ajax u Brian Abela ta Mosta Horseshoe Bar jikkompletaw il-lista ta tmien plejers li jikkwalifikaw għall-fażi finali. Numru kbir ta partiċipanti ħadu s’hemm b logħbiet jintalbu madwar vari klabbs ġewwa Malta. Fit-tieni ġurnata, Agius kien forma brillanti fejn fis-semi finali w anke il-finali t’jew rebaħ bl-iskorr ta 3-0 kontra Chris Cohen u Tony Borg. Fis-semi finali l-oħra, Abela għamel rimonta min 0-2 min taħt biex rebaħ 3-2 kontra Mario Aquilina w fil-finali għeleb lil Neville Grech 3-1.

Il-lista ta tmien plejers kwalifikati:
Q1: Norbert Attard & John Ciantar; Q2: Godfrey Abela & David Attard; Q3: Albert Scerri & Vincent Busutill; Q4: John Agius & Brian Abela.
L-ewwel ġurnata mil fażi finali ser tintalab nhar l-Erbgħa 11 ta Jannar 2017. Fil-ġranet li ġejjin, il Malta Darts Association ser tkun qeda tipprovdi aktar informazzjoni lil media/press lokali.

FINDER ITALIAN GRAND MASTERS OPEN
SCERRI U ABELA ELIMINATI FIL-KWARTI TAL FINALI
Fi tmiem il ġimgħa, grupp ta plejers Maltin ikkompetew ġewwa Bologna, fl-Italja f kompetizzjoni li tifforma parti mil kalendarju tal-BDO/WDF. Fl-ewwel ġurnata nlabet il-kompetizzjoni tad-doppji fejn Albert Scerri u Godfrey Abela sfaw eliminati fil-kwarti tal-finali 4-3 kontra it-tliet darbiet champion tad-dinja, Martin Adams “Wolfie” u Wesley Harms, plejer li jinsab fir-rank numru seba’ fil-World Darts Federation. Il-par ta Adams/Harms spiċċaw il-kompetizzjoni bħala champions hekk kif għelbu lil par Olandiżi ta Mandingers/Vaes 5-4 fil-finali.
Riżultati oħra mil-plejers Maltin fl-ewwel ġurnata:

Norbert Attard/Kevin Grech eliminati ma l-aħħar 16 kontra l-finalisti Mandingers/Vaes; Enrico Scerri/Tony Borg tilfu ma l-aħħar 64; Owlyn Abela/Charles Cauchi ma l-aħħar 128.
Il-kompetizzjoni tal-individwali ntlabet fit-tieni ġurnata fejn l-aħjar riżultat jasal min Norbert Attard; Godfrey Abela u Kevin Grech eliminati ma l-aħħar 32. Albert Scerri eliminat ma l-aħħar 64, bil-plejers Maltin l-oħra eliminati rawnd qabel. Il-finali kienet kontestata mir-rebbieħa tad-doppji fejn Harms għeleb li Adams 6-1, għat-tieni titlu t’jew f jumejn.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association