Italian Grand Masters Open – Press Release (MLT)

NUMRU KBIR TA’ PLEJERS MALTIN JIKKOMPETU ĠEWWA L-ITALJA

Matul l-aħħar ġimgħa, għoxrin plejer Malti ikkompetew fil-Finders Italian Grand Master Open ġewwa Bologna.

Fl-ewwel ġurnata intalbu l-logħob mil-kompetizzjoni tal-individwali fejn ħames plejers lokali waslu mal-aħħar tnejn u tletin: David Attard, Norbert Attard, Chris Cohen Tony Borg u Albert Scerri. Scerri u N.Attard rebħu l-logħba tagħhom min dak ir-rawnd imma sfaw eliminati mal-aħħar sittax min Francis Carragher tal-Irlanda u l-plejer numru erbatax fir-rankings mondjali, Wesley Harms tal-Olanda rispettivament. Harms jispiċċa jirbaħ it-titlu fejn fil-finali għeleb lil Michael Unterbuchner tal-Ġermanja 6-1.

It-tieni ġurnata rajna l-kompetizzjoni tal-pari bl-aqwa riżultat għal-plejers lokali jasal min Godfrey Abela u Tony Borg li sfaw eliminati fil-kwarti tal-finali mic-Champion tas-singles Wesley Harms u tliet darbiet Champion tad-dinja, Martin “Wolfie“ Adams bl-iskor ta’ 4-1. Fil-finali Adams u Harms għelbu lil par Schirtz u Loffel tal-Isvizzera bl-iskor ta’ 5-1 biex rebħu dan it-titlu għat-tieni sena konsekuttiva.

Ir-riżultati kollha min din il-kompetizzjoni jinsabu fuq il-website tal-assoċjazzjoni: www.dartsmalta.com.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association