7. Gimgha – Press Release (MLT)

ROUND UP – KAMPJONATI NAZZJONALI

L-ewwel Diviżjoni: Wara waqfien mil-kampjonati nazzjonali imħabba l-Malta International Darts Open u l-Open ta’ l-Italja rġajna lura għax-xena domestika bit-tim ta’ Floriana Ajax MCP A ikomplu min fejn ħallew b’ rebħa oħra din id-darba fuq Gudja POs Bar A bl iskor ta’ 6-2. Wara seba’ logħbiet il-greens jinsabu bla telfa u jgawdu vantaġġ ta’ tliet punti fuq Kalkara St Joseph li wkoll rebħu bla problemi 7-1 fuq Ħamrun Education Bar A u Mosta Horseshoe Bar A li fis-seba’ ġimgħa kisbu biss draw kontra Żejtun Beland Bullseye. Il-partita bejn Birżebbuġa Cox Sports Club A u Senglea M. Conquest intemmet fi draw ta’ 4-4.

It-tieni Diviżjoni: St. Venera Red Square jamluwhom seba’ rebħiet konsekuttivi din id-darba f’ darhom bl iskor ta’ 7-1 fuq Hamrun Education Bar B. Cospicua Rangers jiksbu rebħa importanti fuq Mosta Horseshoe Bar B bl iskor ta’ 6-2 biex issa jinsabu fit-tieni post fil-klassifika, seba’ punti wara r-Red Square. Rebħiet wkoll għal-Floriana Ajax MCP B u Buġibba Sun City li jinsabu fit-tielet u l-hames post tal-klassifika rispettivament.

It-tielet Diviżjoni: Siġġiewi St. Nicholas BC ghelbu lil Floriana Ajax Munchies C 6-2 fil-partita bejn żewġ timijiet li kienu jinsabu fil-quċċata tal-klassifika. St. Paul’s Band Club żammew il-pass ma Siġġiewi b’ rebħa fuq Żurrieq FC biex wara seba’ logħbiet dawn iż-żewġ tims jinsabu bla telfa u issa jgawdu vantaġġ ta’ tliet punti fuq Floriana Ajax C. Rebħiet wkoll għal-Sliema Tipico St. Gregory’s BC u Mqabba St. Mary’s BC biex iżżommu l-pass mat-timijiet ta’ fuq u l-ewwel rebħa staġjonali għal-St.Paul’s Diamonds bl iskor ta’ 7-1 fuq Mġarr The Hatch Sports Bar.

Riżultati – 7. Gimgħa (01/12/2017)

  1. Diviżjoni

Birzebbuga Cox Sports Club A v Senglea M. Conquest A 4-4; Zejtun Beland Bullseye v Mosta Horseshoe Bar A 4-4; Gudja PO`s Bar A v Floriana Ajax MCP A 2-6; Hamrun Education Bar A v Kalkara St Joseph 1-7

  1. Diviżjoni

Floriana Ajax MCP B v Gudja PO`s Bar B 7-1; St. Venera Red Square v Hamrun Education Bar B 7-1; Bugibba Sun City A v Birzebbuga Cox Sports Club B 8-0; Mosta Horseshoe Bar B v Cospicua Rangers 2-6

  1. Diviżjoni

Mqabba St. Mary Band Club v Bugibba Sun City Ladies 6-2; Siggiewi St.Nicholas BC v Floriana Ajax Munchies C 6-2; Senglea M. Conquest B v Hamrun Bayern Munich 4-4; St.Paul’s Band Club v Zurrieq Football Club 5-3; Floriana Bocci Club v Sliema Tipico St. Gregory BC 2-6; Mgarr The Hatch Sports Bar v St. Paul’s Diamonds 1-7

Klassifika – 7. Gimgħa (01/12/2017)

  1. Diviżjoni

1st Floriana Ajax MCP A – 19 il-punt; 2nd Mosta Horseshoe Bar, Kalkara St Joseph – 16 il-punt; 4th Gudja PO`s Bar A – 10 punti; 5th Birzebbuga Cox Sports Club A, Senglea M. Conquest A – 7 punti; 6th Zejtun Beland Bullseye – 5 punti; 8th Hamrun Education Bar A – 0 punt.

  1. Diviżjoni

1st St. Venera Red Square – 21 punt; 2nd Cospicua Rangers – 14 il-punt; 3rd Floriana Ajax MCP B – 13 il-punt; 4th Mosta Horseshoe Bar B – 11 il-punt; 5th Gudja POs Bar B, Bugibba Sun City A – 8 punti; 7th Hamrun Education Bar B – 4 punti; 8th Birzebbuga Cox Sports Club – 0 punt.

  1. Diviżjoni

1st Siggiewi St.Nicholas BC, St.Paul’s Band Club – 19 il-punt; 3rd Floriana Ajax Munchies C – 16 il-punt; 4th Senglea M. Conquest B – 14 il-punt; 5th Floriana Bocci Club – 13 il-punt; 6th Sliema Tipico St. Gregory BC – 12 il-punt; 7th Mqabba St. Mary Band Club – 11 il-punt; 8th Hamrun Bayern Munich – 8 punti; 9th St. Paul’s Diamonds – 4 punti; 10th Bugibba Sun City Ladies, Zurrieq Football Club – 1 punt; 12th Mgarr The Hatch Sports Bar – 0 punti.

Logħbiet – 8. Gimgħa (15/12/2017)

  1. Diviżjoni

Zejtun Beland Bullseye v Gudja PO`s Bar A; Birzebbuga Cox Sports Club A v Kalkara St Joseph; Senglea M. Conquest A v Floriana Ajax MCP A; Hamrun Education Bar A v Mosta Horseshoe Bar A

  1. Diviżjoni

St. Venera Red Square v Bugibba Sun City A; Floriana Ajax MCP B v Cospicua Rangers; Gudja PO`s Bar B v Birzebbuga Cox Sports Club B; Mosta Horseshoe Bar B v Hamrun Education Bar B

  1. Diviżjoni

Hamrun Bayern Munich v Mqabba St. Mary Band Club; Zurrieq Football Club v Mgarr The Hatch Sports Bar; Bugibba Sun City Ladies v St.Paul’s Band Club; Floriana Ajax Munchies C v Senglea M. Conquest B; St. Paul’s Diamonds v Sliema Tipico St. Gregory BC; Siggiewi St.Nicholas BC v Floriana Bocci Club

MALTA PREMIER LEAGUE OF DARTS – L-EWWEL QUALIFIER

MARIO AQUILINA U KIRSTEN AQUILINA JIKKWALIFIKAW GĦAL-FAZI FINALI

Fl-edizzjoni 2017/18 tal-Malta Premier League of Darts ser jikkompetu għaxar plejers bl-ewwel żewġ plejers kwalifikati jkunu Mario Aquilina ta’ Gudja POs Bar A u z-żagħżugħ ta’ Kalkara St Joseph, Kirsten Aquilina l-inaqdu ma champion renjanti Norbert Attard li awtomatikament jikseb post fl-aħħar fażi bl-għan li jiddefendi t-titlu tiegħu.

Fi triqtu għal-finali, Mario Aquilina rebaħ bl-iskor ta’ 3-0 kontra Paul Busuttil, Stephen Spiteri u Owlyn Abela, 3-2 fis-semi finali kontra Vincent Busuttil u bl-istess skor fil-finali kontra John Ciantar. Kirsten Aquilina kiseb il-kwalifikazjoni b’ rebħiet fuq Bev Keen bl-iskor ta’ 3-0, Stefan Licari 3-2, Martin Debono u Tony Borg (Arloġġi) 3-1u fil-finali kontra l-kollega tiegħu ta’ Kalkara, Andy Keen bl-iskor ta’ 3-1.

It-tieni tournament ta’ kwalifikazjoni ser jintlagħab nhar l-erbgħa 6 ta’ Diċembru ġewwa z-Żejtun Domus bil-logħob jibda fi 7:45pm.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association