8B. Gimgha – Press Release (MLT)

ROUND UP – KAMPJONATI NAZZJONALI

L-ewwel Diviżjoni: L-ebda tibdil min naħa ta’ fuq tal-klassifika hekk kif il-liders Floriana Ajax MCP A u z-żewġ kontendenti l-oħra għar-rebħ tal-kampjonat Kalkara St Joseph u Mosta Horseshoe Bar A rebħu minajr problemi fit-tmien ġimgħa. B’ din ir-rebħa il-green għalqu s-sena b’ vantaġġ ta tliet punti fuq ir-rivali Kalkara u Mosta. Il-partita l-oħra mil-ewwel diviżjoni intemmet b’ rebħa għal-Gudja PO’s Bar A bl-iskor ta’ 6-2 fuq Żejtun Beland Bullseye biex komplew jikkonsolidaw ir-raba post fil-kampjonat u issa jinsab b’ vantaġġ ta’ sitt punti fuq Senglea u Birzebbugia.

It-tieni Diviżjoni: Buġibba Sun City A iwettqu sorpriża wara li għelbu lil liders St. Venera Red Square bl-iskor ta’ 5-3 biex b’ hekk ikkundannawhom għal l-ewwel telfa staġjonali. Floriana Ajax MCP B ħadu vantaġġ min dan ir-riżultat b’ rebħa ta’ 7-1 fuq Cospicua Rangers u issa jinsabu fit-tieni post, ħames punti wara l-liders. Rebħiet wkoll għal Mosta Horseshoe Bar B u Gudja PO’s Bar B bl-iskor identiku ta’ 8-0 fuq Hamrun Education Bar B u Birzebbugia Cox Sports Club B.

It-tielet Diviżjoni: Siġġiewi St. Nicholas BC u St Paul’s Band Club għalqu s-sena minajr telfa fil-quċċata tal-klassifika wara rebħiet fit-tmien ġimgħa fuq Floriana Bocci Club 5-3 u Bugibba Sun City Ladies 7-1 rispettivament. Floriana Ajax Munchies C u Senglea M. Conquest żammew it-tielet u raba post wara draw ta’ 4-4 fil-konfront dirett. Sliema Tipico St. Gregory’s BC jingħaqdu ma Senglea fir-raba post wara t-tielet rebħa konsekuttiva barra min darhom, din id-darba bl-iskor ta’ 6-2 fuq St. Paul’s Diamonds. Rebħiet wkoll għal-Ħamrun Bayern Munich u Żurrieq FC biex temmew is-sena fuq nota pożittiva.

Riżultati – 8. Gimgħa (15/12/2017)

  1. Diviżjoni

Zejtun Beland Bullseye v Gudja PO’s Bar A 2-6; Birzebbuga Cox Sports Club A v Kalkara St Joseph 2-6; Senglea M. Conquest A v Floriana Ajax MCP A 1-7; Hamrun Education Bar A v Mosta Horseshoe Bar A 2-6

  1. Diviżjoni

St. Venera Red Square v Bugibba Sun City A 3-5; Floriana Ajax MCP B v Cospicua Rangers 7-1; Gudja PO`s Bar B v Birzebbuga Cox Sports Club B 8-0; Mosta Horseshoe Bar B v Hamrun Education Bar B 8-0

  1. Diviżjoni

Hamrun Bayern Munich v Mqabba St. Mary Band Club 6-2; Zurrieq Football Club v Mgarr The Hatch Sports Bar 5-3; Bugibba Sun City Ladies v St.Paul’s Band Club 1-7; Floriana Ajax Munchies C v Senglea M. Conquest B 4-4; St. Paul’s Diamonds v Sliema Tipico St. Gregory BC 2-6; Siggiewi St.Nicholas BC v Floriana Bocci Club 5-3

Klassifika – 8. Gimgħa (15/12/2017)

  1. Diviżjoni

1st Floriana Ajax MCP A – 22 punt; 2nd Mosta Horseshoe Bar, Kalkara St Joseph – 19 il-punt; 4th Gudja PO`s Bar A – 13 il-punt; 5th Birzebbuga Cox Sports Club A, Senglea M. Conquest A – 7 punti; 6th Zejtun Beland Bullseye – 5 punti; 8th Hamrun Education Bar A – 0 punti.

  1. Diviżjoni

1st St. Venera Red Square – 21 punt; 2nd Floriana Ajax MCP B – 16 il-punt; 3rd Cospicua Rangers, Mosta Horseshoe Bar B – 14 il-punt; 5th Gudja POs Bar B, Bugibba Sun City A – 11 il-punt; 7th Hamrun Education Bar B – 4 punti; 8th Birzebbuga Cox Sports Club – 0 punti.

  1. Diviżjoni

1st Siggiewi St.Nicholas BC, St.Paul’s Band Club – 22 punt; 3rd Floriana Ajax Munchies C – 17 il-punt; 4th Senglea M. Conquest B, Sliema Tipico St. Gregory BC – 15 il-punt; 6th Floriana Bocci Club – 13 il-punt; 7th Mqabba St. Mary Band Club, Hamrun Bayern Munich – 11 il-punt; 9th St. Paul’s Diamonds, Zurrieq Football Club – 4 punti; 10th Bugibba Sun City Ladies – 1 punt; 12th Mgarr The Hatch Sports Bar – 0 punti.

 

Logħbiet – 9. Gimgħa (05/01/2018)

  1. Diviżjoni

Kalkara St Joseph v Senglea M. Conquest A; Gudja PO`s Bar A v Hamrun Education Bar A; Floriana Ajax MCP A v Zejtun Beland Bullseye; Mosta Horseshoe Bar A v Birzebbuga Cox Sports Club A

  1. Diviżjoni

Cospicua Rangers v Gudja PO`s Bar B; Bugibba Sun City A v Mosta Horseshoe Bar B; Birzebbuga Cox Sports Club B v St. Venera Red Square; Hamrun Education Bar B v Floriana Ajax MCP B

  1. Diviżjoni

St.Paul’s Band Club v Hamrun Bayern Munich; Senglea M. Conquest B v Floriana Bocci Club; Mqabba St. Mary Band Club v Floriana Ajax Munchies C; Mgarr The Hatch Sports Bar v Bugibba Sun City Ladies; Sliema Tipico St. Gregory BC v Siggiewi St.Nicholas BC; St. Paul’s Diamonds v Zurrieq Football Club

RANKING TOURNAMENT – I

ANDY KEEN JIRBAĦ L-EWWEL RANKING TOURNAMENT

L-ewwel ranking tournament tal-istaġun li intlab ġewwa il-każin San Guzepp, Ħal-Għaxaq intrebaħ min Andy Keen ta’ Kalkara fejn fil-finali għeleb lil Albert Scerri. Fit-tielet post jispiċċaw Godfrey Abela u Kirsten Aquilina. Keen fil-mument jinsab fuq forma eċċellenti hekk kif fl-aħħar xahar huwa l-ewwel wasal mal-aħħar sittax fil-Malta International Darts Open, ikkwalifika għall-fażi tal-grupp tal-Malta Premier League of Darts u wara r-rebħ tal-ewwel ranking tournament kabbar il-vantaġġ għal-tmien punti fil-klassifika tal-plejer tas-sena fuq Godfrey Abela ta’ Mosta Horseshoe Bar A.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association