Press Release: Kwalifikazjoni tal-Kampjonati Mondjali – PDC – Avila

PDC KOMPETIZJONI TA KWALIFIKAZJONI – NOFSINHAR TAL EWROPA JIRBAĦ JOHN MICHAEL TAL-GRECJA; RIŻULTATI MĦALLTA GĦAL-PLEJERS MALTIN

Fil-ġranet li għaddew, grupp ta wieħed u għoxrin plejers lokali ikkompetew f kompetizzjoni ta kwalifikazjoni għalkampjonati Mondjali tad-darts fil-kategorija individwali go Avila fi Spanja, b riżultati mħallta għal-plejers Maltin. Total ta 333 plejers ipparteċipaw f din il-kompetizzjoni għal pajjiżi tan-nofsinhar tal-Ewropa. L-aqwa riżultati għal plejers Maltin waslu min Godfrey Abela w Norbert Attard li sfaw eliminati fil-fażi ta l-aħħar 32 u Albert Scerri w Paul Sammut fil-fażi ta l-aħħar 64. Il-kompetizzjoni intrebħet mil-plejer Grieg John Michael, li fil-karriera t’jew irnexxilu jirbaħ lOpen ta Malta fi tliet okażjonijiet (2004; 2007; 2012). B din ir-rebħa, Michael ser jikkompeti fil-fażi preliminari talkampjonati mondjali li jsiru go l-Alexandra Palace, fl-Londra fix-xahar ta Diċembru.