Press Release: 6.Gimgħa – Staġun 2016/17

IL-LOGĦBA TAL-ĠIMGĦA

L-EWWEL DIVIŻJONI – JIRBĦU KALKARA; FLORIANA W MOSTA.
L-ewwel Diviżjoni – It-tliet timijiet kontendenti għar-rebħ tal-kampjonat rebħu kollha fis-sitt ġimgħa tal-kampjonat, b Kalkara St Joseph u Mosta Horseshoe Bar A jirbħu bi skor identiku ta 6-2 kontra Zejtun Beland Bullseye w Zejtun Juventutis Domus rispettivament u Floriana Ajax A jirbħu faċli kontra Bormla Bocci Club 8-0. Mil-istess diviżjoni, Gudja POs Bar A w BBugia Cox Sports Club A qasmu l-punti fi draw ta 4-4. Wara is-sitt ġurnata Kalkara għadhom igawdu vantaġġ ta tliet punti fuq Floriana w ta ħames punti fuq Mosta.

It-tieni Diviżjoni – Is-sitt ġurnata ipproduċiet numru ta sorpriżi fejn l-ebda tim fl-ewwel tliet pożizzjonijiet tal-kampjonat jirbaħ. Liders Hamrun Education Bar A w Cospicua Rangers tilfu ġewwa darhom kontra Floriana Ajax B w Senglea M. Conquest. Bugibba Munchies tilfu opportunita li jitilaw fil-quċċata tal-klassifika hekk kif irnexxilhom jiksbu draw biss kontra Mosta Bocci Club. F partita bejn iż-żewġ tims fl-aħħar żewġ pożizzjonijiet, Gudja POs Bar B għelbu lil BBugia Cox Sports Club B 6-2. Wara dawn il-partiti, żewġ punti biss jifirdu l-ewwel ħames tims fil-klassifika hekk kif qed nersqu lejn tmiem l-ewwel rawnd.

It-tliet Diviżjoni – Liders Mosta Horseshoe Bar B ma lagħbux din il-ġimgħa, b hekk Bugibba Intercontinetal Sun City u Hamrun Education Bar B kellhom opportunita li jersqu viċin Mosta. It-tnejn ma jidizapuntawx b Bugibba jirbħu faċli kontra Mgarr The Hatch 8-0, u Hamrun b rebħa ftit aktar ikkomplikata kontra St Venera Red Square 5-3. F partita oħra mid-diviżjoni Mqabba ħarġu rebħa kontra St Pauls Diamonds 5-3,

Riżultati – Is-sitt ġimgħa (02/12/2016)
1. Diviżjoni
Gudja POs Bar A v BBugia Cox Sports Club A 4-4; Floriana Ajax A v Bormla Bocci Club 8-0; Zejtun Juventutis Domus v Mosta Horseshoe Bar A 2-6; Zejtun Beland Bullseye v Kalkara St Joseph 2-6.

2. Diviżjoni
Hamrun Education Bar A v Floriana Ajax B 1-7; BBugia Cox Sports Club B v Gudja POs Bar B 2-6; Mosta Bocci Club v Bugibba Munchies Pub 4-4; Cospicua Rangers v Senglea M. Conquest 3-5.

3. Diviżjoni
St. Venera Red Square v Hamrun Education Bar B 3-5; Bugibba Interc. Sun City v Mgarr The Hatch Sports Bar 8-0; Mqabba St Mary BC v St Paul`s Diamonds 5-3.

Klassifika – Is-sitt ġimgħa (02/12/2016)
1. Diviżjoni
1st Kalkara St Joseph – 18 punti; 2nd Floriana Ajax A – 15 punti; 3rd Mosta Horseshoe Bar A – 13 punti; 4th Gudja POs Bar A – 9 punti; 5th Zejtun Beland Bullseye – 6 punti; 6th BBugia Cox Sports Club A, – 4 punti; 7th Zejtun Juventutis Domus – 2 punti;; 8th Bormla Bocci Club – 1 punt.

2. Diviżjoni
1st Cospicua Rangers, Hamrun Education Bar A – 12 punti; 3rd Bugibba Munchies Pub, Floriana Ajax B – 11 punti; 5th Senglea M. Conquest – 10 punti; 6th Mosta Bocci Club – 7 punti; 7th Gudja POs Bar B – 6 punti; 8th BBugia Cox Sports Club B – 0 punti.

3. Diviżjoni
1st Mosta Horseshoe Bar B – 15 punti; 2nd Bugibba Intercontinental Sun City – 13 punti; 3rd Hamrun Education Bar B – 9 punti; 4th St. Venera Red Square, Mqabba St Mary BC – 5 punti; 6th St Pauls Diamonds – 3 punti; 7th Mgarr The Hatch Sports Bar – 1 punti.

Logħbiet – Is-seba ġimgħa (09/12/2016)
1. Diviżjoni
Mosta Horseshoe Bar A v Floriana Ajax A; Kalkara St Joseph v Gudja POs Bar A; BBugia Cox Sports Club A v Zejtun Juventutis Domus; Bormla Bocci Club v Zejtun Beland Bullseye.

2. Diviżjoni
Bugibba Munchies Pub v BBugia Cox Sports Club B; Senglea M. Conquest v Hamrun Education Bar A; Floriana Ajax B v Mosta Bocci Club; Gudja POs Bar B v Cospicua Rangers.

3. Diviżjoni
Mgarr The Hatch Sports Bar v St. Venera Red Square; Mosta Horseshoe Bar B v Bugibba Interc. Sun City; Hamrun Education Bar B v Mqabba St Mary BC.

WINMAU WORLD MASTERS
NORBERT ATTARD ELIMINAT MIR-RANK NUMRU WIEĦED TAD-DINJA

Il-plejer Malti, Norbert Attard għal-darba oħra jniżżel ismu fl-istorja tad-darts lokali fejn irnexxilu jasal mal-aħħar 32 tal-Winmau World Masters. Din il-kompetizzjoni intalbet f waħda mil-venues ikonici fid-dinja tad-darts – Lakeside ġewwa Surrey fl-Ingilterra. Attard jelimina lil Shimidzu Takahashi (Ġibiltà) 3-0; Josh Mc Carthy (Ingilterra) 3-1; Ronnie Roberts (Wales) 3-0 u Barry Lynn (Ingilterra) 3-2. Il plejer Lynn aktar kmieni f dan l-istaġun irnexxilu jasal sal-fażi tal-kwarti tal-finali tal UK Open fejn kien elimina plejers ta fażi mondjali bħal Brendon Dolan tal-Irlanda w Gary Anderson tal-Iskozja w safa eliminat bi skor ta 10-6 kontra l-aqwa plejer tal-mument Michael Van Gerwen. Fil-fażi tal-aħħar 32, Attard lagħab kontra Glen Durrant tal-Ingilterra li jinsab bir-rank numru wieħed u li kwotat bħala l-favorit li f Jannar jsir Champion tad-dinja tal-BDO. Durrant rebaħ il-logħba 3-0 fejn Attard falla numru ta opportunijiet li jirbaħ set fil-partita. Aktar kmieni fil-ġimgħa, Attard ikkompeta wkoll fil-fażi ta kwalifikazjoni tal-kampjonati Mondjali BDO fejn kien eliminat min Chris Mason tal-Ingilterra kmieni fil-kompetizzjoni.

TAŻŻA 5 A-SIDE (FAŻI TAL-GRUPPI)

Din il-ġimgħa intalbu sett ta logħob mit-tazza 5 a-side b dawn ir-riżultati.
Grupp A: Senglea M. Conquest v Bormla Bocci Club 4-1; Hamrun Education Bar B v Cospicua Rangers 1-4.
Floriana Ajax A b punti massimi segwiti min Cospicua Rangers u Senglea M. Conquest fit-tieni post b distakk ta sitt punti.

Grupp B: Zejtun Juventutis Domus v Mqabba St Mary BC 4-1; St Venera Red Square v Gudja POs Bar B 2-3; Mosta Horseshoe Bar A v St Paul`s Diamonds 5-0.
Mosta Horsehoe Bar A b punti massimi segwiti min tliet timijiet b distakk ta sitt punti – St Venera Red Square, Zejtun Juventutis Domus and Gudja POs Bar B.

Grupp C: Kalkara St Joseph v Mgarr The Hatch Sports Bar 5-0; Floriana Ajax B v Mosta Horseshoe Bar B 1-4.
Kalkara St Joseph b punti massimi segwiti min Hamrun Education Bar A, tliet punti distakk.

Grupp D: Zejtun Beland Bullseye v BBugia Cox Sports Club 0-5; Mosta Bocci Club v Mosta Horseshoe Bar C 4-1; Gudja POs Bar A v Floriana Ajax C 5-0.
BBugia Cox Sports Club b punti massimi segwiti min Zejtun Beland Bullseye , tliet punti distakk.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association