Il-Malta International Open 2017 tad-darts se tinġabar fi programm speċjali li jintwera l-Erbgħa li ġej, 29 ta’ Novembru, fuq TVM2, fid-21.30.
F’dan il-programm ta’ sagħtejn, se jintwerew filmati tat-tlett ijiem li fihom saret l-edizzjoni ta’ din is-sena, bejn l-14 u s-16 ta’ Novembru.
F’dan il-programm jintwerew ukoll intervisti ma’ plejers lokali u anki barranin.
Fil-programm tkunu tistgħu taraw ukoll l-erba’ finali tas-singles u l-pari tal-irġiel u n-nisa u l-preżentazzjoni tar-rebbieħa li saret qabel l-għeluq tal-avveniment.
Link (inc. preview video): https://www.tvm.com.mt/mt/sports/darts-malta-international-open-2017-programm-specjali-l-erbgha-fid-2130-fuq-tvm2/
Rapport: Mark Attard