8A. Gimgha – Press Release (MLT)

MALTA PREMIER LEAGUE OF DARTS – IT-TIENI QUALIFIER

JIKKWALIFIKAW JOHN AGIUS U ANDY KEEN

Mit-tieni qualfiier rajna lil John Agius ta’ Floriana Ajax u Andy Keen ta’ Kalkara St Joseph jikkwalifikaw għat-tieni fażi ta’ din il-kompetizzjoni li minna ser jintgħażel it-tim nazzjonali li sena d-dieħla ser jikkompeti fil-kampjonati Ewropej ġewwa Budapest fl-Ungerija.

Fi triqtu għal-finali Keen rebaħ kontra Felix Scerri u George Ebejer bl-iskor ta’ 3-1, Alfred Muscat 3-2, Gordon Stanmore 3-0 fis-semi finali u bl-istess skor fil-finali fuq Mario Tonna. Min-naħa ta’ isfel tal-polza, John Agius għeleb lil Enrico Scerri u Mario Sciascia 3-1, Joe Caruana u Tony Borg (HSB) 3-0 u fil-final lil kollega ta’ Floriana Ajax, John Ciantar bl-iskor ta 3-1.

It-tielet tournament ta’ kwalifikazjoni ser jintlagħab nhar l-erbgħa 3 ta’ Jannar ġewwa z-Żejtun Domus bil-logħob jibda fi 7:45pm.

TAZZA 5-SIDE – 7. U 8. RAWND MIL-FAZI TAL-GRUPPI

Grupp A

St. Venera Red Square v Bugibba Sun City Ladies 5-0; Mosta Horseshoe Bar A v Hamrun Education Bar A 5-0; Mgarr The Hatch Sports Bar v St. Paul’s Diamonds 1-4

Jikkwalifikaw għall-fażi tan-Knock-out: Mosta Horseshoe Bar A and St. Venera Red Square.

Grupp B

Floriana Ajax MCP B v Birzebbuga Cox Sports Club A 5-0; Senglea M. Conquest B v Floriana Bocci Club 2-3

Jikkwalifikaw għall-fażi tan-Knock-out: Floriana Ajax MCP B u tim ieħor li għad irrid jiġi deċiż.

Grupp C

St.Paul’s Band Club v Floriana Ajax MCP A 1-4; Gudja PO’s Bar B v Senglea M. Conquest A 2-3; Hamrun Bayern Munich v Cospicua Rangers 1-4

Jikkwalifikaw għall-fażi tan-Knock-out: Floriana Ajax MCP A and Senglea M. Conquest A.

Grupp D

Bugibba Sun City A v Kalkara St Joseph 2-3; Floriana Ajax Munchies C v Zejtun Beland Bullseye 1-4

Jikkwalifikaw għall-fażi tan-Knock-out: Kalkara St Joseph u tim ieħor li għad irrid jiġi deċiż.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association