Press Release: Stagun 2015-16 – Rendikont

Fix-xahar ta Mejju ġie fi tmiem staġun ieħor pożittiv għal assoċjazzjoni tad-darts Maltija wara disa’ xhur ta kompetizzjonijiet fuq il-kalendarju tat-timijiet u anke dak fuq bażi individwali. Rendikont tal avvenimenti, unuri u suċċessi jissemmew f dan l-artiklu li huwa imqassam f erbgħa sessjonijiet; 1. Kompetizjonijet tal-klabbs, 2. Kompetizjonijet individwali; 3. L-Open ta Malta u esperjenzi barra min xtutna; 4. Il-pjan ta tliet snin tal-assoċjazzjoni.

Kompetizzjonijiet tal-klabbs Kalkara St Joseph u Marsa St Michaels klassi għalihom

Fl-ewwel diviżjoni tal-kampjonati nazzjonali, Kalkara St Joseph ġew inkurunati ċhampions għal l-ewwel darba flistorja hekk kif għelbu l-isfida iebsa ta Marsa St Michaels. Iż-żewġ timijiet kienu inseparabbli matul l-istaġun kollu b Kalkara jikkonfermaw it-titlu biss żewġ logħbiet mit-tmien tal-kampjonat. Min naħa ta isfel tal-klassifika Hamrun Education Bar A u Birkirkara Juventus Vero Amore ġew relegati għat-tieni diviżjoni.

Għalkemm Marsa St Michaels spiċċaw fit-tieni post kellhom staġun memorabli fejn rebħu iż-żewġ tazzi fuq ilkalendarju lokali. Fit-tazza 4 a-side għelbu lil Floriana Ajax 9-8 fil-finali u ġimgħa wara fit-tazza 5 a-side lic-Ċhampions Kalkara 3-2.

Mit-tieni diviżjoni, Mosta Horseshoe Bar iddominaw fejn spiċċaw b erbgħa u sittin punt min sitta u sittin punt għad- dispożizzjoni u mistennija li fl-istaġun 2016/17 jicalengjaw għar-rebħ tal-kampjonat. Jinaqdu mahom fl-ewwel diviżjoni, Gudja POs Bar B li spiċċaw fit-tieni post ħdax il-punt wara il-liders u ħames punti fuq Zejtun Beland Bullseye fit-tielet post.

Kompetizzjoni individwali Staġun memorabli għal-Albert Scerri u Norbert Attard

Apparti il-kampjonati nazzjonali, numru ta kompetizzjonijiet mil kategorija tas-singoli ġew organizzati matul l-istaġun fejn l-erbgħa unuri prinċipali jintrebħu min Albert Scerri u Norbert Attard bi tnejn kull wieħed.

Albert Scerri spiċċa fil-quċċata tal-klassifika tal-plejer tas-sena b 109 punt, segwit min Andy Keen b 101 punt u Godfrey Abela fit-tliet post b 74 punt. Scerri rebaħ ukoll is-Super Cup fejn fil-finali gheleb lil Norbert Attard 2-1.

L-unur ta Ċhampion ta Malta intrebaħ min Norbert Attard għat-tieni darba fil-karriera tijew. Dan kien it-tieni unur għalih fejn aktar kmieni fl-istaġun rebaħ il-kampjonat tad-doppji ma ħuh David Attard.

Scerri u Attard ukoll jikkwalifikaw biex jirrappreżentaw lil-Malta fil-kampjonati Ewropej li ser isiru fl-Olanda f Settembru. Gordon Stanmore u l-veteran Vincent Busutill jikkompletaw it-tim nazzjonali.

L-Open ta Malta u kompetizzjonijiet Ewropej Riżultati pożittivi għal-plejers Maltin

L-avveniment prinċipali fuq il-kalendarju tad-darts f pajjiżna huwa l-Open ta Malta fejn fl-Edizzjoni li għaddiet ipproduċiet logħob ta livell għoli, b 348 parteċipanti jikkompetu fuq tliet ijiem. Mil-kategorija tas-singoli tal-irġiel, itTork Umit Uygunsozlu jirbaħ it-titlu fejn fil-finali għeleb ic-Ċhampion tad-dinja tas-sena 2001, John Walton 2-1. AnnKatharin Wigmann tal-Ġermanja ħarġet rebbieħa fil-kategorija tan-nisa b rebħa ta 4-1 fil-finali kontra l-isvediża Kristin Bomander. L-aħjar prestazzjoni lokali mil-kategorija tas-singoli kienet dik ta Norbert Attard fejn ġie eliminat fil-kwarti tal-finali.

Fid-doppji, l-par lokali ta Andy Keen u Gordon Stanmore waslu sal-finali fejn sfaw meluba 4-2 min John Walton u John Van de Weerd. Fis-semi finali Keen u Stanmore għelbu par ieħor lokali, dak ta Godfrey Abela u Mario Camilleri.

F dan l-istaġun, numru ta plejers lokali kompetew fl-Open tal-Italja f Bologna b riżultati pożittivi miżmuma. Il-finali tassingoli kienet ikkontestata min żewġ plejers Maltin fejn Norbert Attard jegħleb lil Godfrey Abela u mix-xena tad-doppji John Agius/Tony Borg waslu sal-finali fejn ġew megħluba 5-3 min par lokali.

F Jannar, Attard ikkompeta wkoll fl-Open tar-Rumanija u wasal mal-aħħar sittax fejn tilef 4-3 kontra plejer ranked 104 fiddinja, Alan Bell tar-renju Unit.

L-assoċjazzjoni u l-pjan ta tliet snin Żmien pożittiv għal l-isport

Fil-bidu tal-kampjonat 2015/2016, l-assoċjazzjoni fasslet pjan ta tliet snin b numru ta inizjattivi biex l-isport jkompli jkabbar il-profil tijew.

Fi tmiem tal-ewwel staġun il-miri ssettjati intlaħqu kollha fejn l-akbar prijorità kienet li l-isport inkun aktar preżenti fuq il-media lokali. Numru ta artikli fuq gazzetti, portals sportivi u magazines ġew ippublikati, parteċipazzjoni f seba’ features fuq programmi televiżivi u is-sijt il ġdid ta Facebook ġġenera 1,400 membru fi spazju ta tmien xhur. Aparti wkoll kisba mportanti kienet is-servizz ta live streaming, fejn numru ta logħob mil-kampjonat lokali u il-finals night tal-Open ta Malta gew trażmessi.

Żewġ areas oħra li sar ħafna xogħol fuqhom kienu, r-ristrutturar tal-assoċjazzjoni u l-kisba ta sponsor uffiċjali għallistaġun 2016/17 fejn aktar dettalji ser jitħabbru fil-ġimghat li ġejjin.

Mix-xena lokali l-istaġun li jmiss ser jinkludi għal-ewwel darba fl-istorja kompetizzjoni ġdida għal plejers elite fejn wkoll aktar dettalji jitħabbru fil-ġimghat li ġejjin. L-akbar proġett ser ikun dak tal-introduzzjoni tal-isport tad-darts flIskejjel bi programm b kollaborazzjoni mal-ministeru tal-edukazzjoni “Nitalmu il-matematika bid-darts”.
Mix-xena internazzjonali konfermati dawn l-avvenimenti.
– Settembru 2016: It-tim nazzjonali jikkompeti fil-kampjonati Ewropew fl-Olanda. – Ottubru 2016: Sbatax il-plejers ser jikkompetu fil-kwalifikazzjonijiet tal-kampjonati mondjali tal-PDC ġewwa Spanja. – Novembru 2016: Il-plejer local Norbert Attard ser jikkompeti fil-BDO World Masters u fil-kwalifikazzjonijiet tal-kampjonati mondjali tal-BDO ġewwa ir-renju Unit.
F isem l-assoċjazzjoni nixtiequ nirringrazzjaw lil kull min ta kontribut għall-istaġun 2015/2016 u ninvitaw lil kull min huwa interessat jinaqad mal-familja Maltija tad-darts bili jikkuntattjaw lil-public relations officer, Andre Zammit fuq lemail maltadartsassociation@gmail.com jew fuq is-sijt ta Facebook “Malta darts association”.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association