Press Release: Riżultati Malta Open 2016

MALTA DARTS OPEN 2016 RIŻULTATI POŻITTIVI GĦAL-PLEJERS MALTIN FL-OPEN

Nhar il-Ħamis 17 ta Novembru ġie fi tmiem d-disa’ u għoxrin edizzjoni tal Open Internazzjonali tad-darts f Malta fejn 358 parteċipant ikompetew fuq tliet ijiem għal erbgħa unuri għad-dispożizzjoni. Għal l-ewwel darba wara nuqqas ta snin wieħed mil-unuri ntrebaħ mil-pari tal irġiel Maltin, Norbert u David Attard.

Fil-kompetizzjoni tal-individwali ta l-irġiel il-finali kienet kontestata min Dave Prins u Paul Williams tar-Renju Unit fejn Williams ġie inkurunat champion b rebħa ta 6-2 fil-finali w average impresjonanti ta (94.80). Fi triqtu għal-unur, Williams elimina lil plejer Malti Gordon Stanmore 4-3 fir-rawnds ta 128 u lil plejer irrenkjat numru wieħed fid-WDF, Darius Labanauskas tal-Litwanja 4-2 fil-kwarti tal-finali. Ma jistax jonqos li ma nsemmux lil żewġ plejers lokali li kellhom prestazzjoni tajba f din il-kompetizzjoni fejn Andy Keen safa eliminat fil kwarti tal-finali 4-3 ma Carlo Van Cleef tal-Olanda w Albert Scerri mar pass oltre fejn ġie eliminat min Dave Prins fis-semi finali 5-2. Fiż-żewġ rawnds preċedenti Scerri elimina żewġ seeds, Sven Wens tal-Belġju li kien ranked numru 3 w Barry Zander tal-Olanda ranked numru 11.

Fil-kompetizzjoni tal-individwali tan-nisa l-pronostici qabel il-bidu tat-tournament kienu jippuntaw lejn rebħa oħra tacChampion renjanti, Ann-Kathrin Wigmann tal-Ġermanja imma din ġiet eliminata fil fażi tal-aħħar sittax min Sas Bode tarRenju Unit. It-titlu intrebaħ min Christine Readhead fejn fil-finali għelbet lil Kaz Kirkby b rebħa faċli ta 4-0. Ta min issemmi wkoll li fil-fażi finali kellna kompetitrici Maltija, Tracy Chambers fejn tilfet bl-iskor ta 3-1 fil-fażi tal-aħħar sittax mal-finalista Kirkby. Fil-kompetizzjoni tal-pari Lorraine Woodrow u Sarah Chick tar-Renju Unit għelbu lil Kaz Kirkby u Kaytee Bispham 41.

L-aħħar u mhux l-anqas il-kompetizzjoni tal-pari tal-irġiel fejn quddiem folla numeruża l-aħwa Norbert u David Attard għelbu lil Dave Prins tar-Renju Unit u Wayne Halliwell taċ-Ċipru 4-1 fil finali, b Norbert jalaq skor ta 94 u 154. Wara il-finali ħadna l-kummenti ta David Attard fejn staqsejna xi jfisser dan l-unur għalih b risposta tkun “Huwa unur sabiħ ħafna kemm għalina bħala plejers imma anke għal-Maltin kollha. Meta tilgħab ma plejers bħal dawn ta fama mondjali li tkun gbajt issegwijhom fuq it-televiżjoni u tispiċċa b rebħa w prestazzjoni tajba ħafna timlijk bil-kuraġġ għax wara kollox kulħadd jaf li aħna pajjiż żgħir u limitati. Kif jejdlu l-Ingliżi “ic-Cherry on the cake” kienet li irnexxieli nirbaħ dan l unur ma hija li huwa unur għal-familja tana”.

F isem il-Malta Darts Association nixtieq nirringrazzjaw lil kull min kien ta għajnuna f dan l-Open min membri tal-kumitat għal plejers għal partitarji w nassiguraw li ix-xogħol diġà beda biex il-kompetizzjoni tas-sena dieħla tkun ikbar u aħjar. Nixtieq nirringrazzja wkoll lil kull min ta donazzjoni lil Malta Community Chest Fund Foundation waqt l-Open peress li din il-kompetizzjoni kienet ta support lil din il-fondazzjoni bil-programm ta Solidarjetà bl-isport.

Għal aktar informazzjoni, ritratti w videos żuru l-paġna ta Facebook u YouTube tal Malta Darts Assocation.

Individwali tal-Irgiel

L-aħħar sittax Labanauskas, Darius-LIT 4-1 Littlecott, Colin-ENG; Williams, Paul-ENG 4-0 Upton, Greg-ENG; Attard, Norbert-MLT 2-4 Keen, Andy-MLT; Davis, Joe-ENG 0-4 Van Cleff, Carlo-NL; Wens, Sven-BEL 1-4 Scerri, Albert-MLT; Zander, Barry-NL 42 Jackson, Charlie-ENG; Head, Sam-ENG 3-4 Prins, Dave-ENG; Stoner, Craig-ENG 0-4 Hogan, Paul-ENG

Kwarti tal-finali Labanauskas, Darius-LIT 2-4 Williams, Paul-ENG; Keen, Andy-MLT 3-4 Van Cleff, Carlo-NL; Scerri, Albert-MLT 4-2 Zander, Barry-NL; Prins, Dave-ENG 4-2 Hogan, Paul-ENG

Semi finali Williams, Paul-ENG 5-4 Van Cleff, Carlo-NL; Scerri, Albert-MLT 2-5 Prins, Dave-ENG

FINALI Williams, Paul-ENG 6-2 Prins, Dave-ENG

Individwali tan-nisa

L-aħħar sittax Wigmann, Ann-Katrin-GER 2-3 Bode, Sas-ENG; Johnson, Gerry-ENG 1-3 Smith, Sue-ENG; McLoughlin, Cheryl-ENG 3-2 Paine, Mary-ENG; Kirkby, Kaz-ENG 3-1 Chambers, Tracy-MLT; Readhead, Christine-ENG 3-1 Collins, Paula-ENG; Perkins Robbins, Carol-ENG 1-3 Chick, Sarah-ENG; Kallen, Nathalie-SUI 1-3 Thame, Stacey-ENG; Hogan, Angela-ENG 1-3 Byo, Kirsten-DEN

Kwarti tal-finali Bode, Sas-ENG 0-3 Smith, Sue-ENG; McLoughlin, Cheryl-ENG 1-3 Kirkby, Kaz-ENG; Readhead, Christine-ENG 3-2 Chick, Sarah-ENG; Thame, Stacey-ENG 2-3 Byo, Kirsten-DEN

Semi finali Smith, Sue-ENG 0-3 Kirkby, Kaz-ENG; Readhead, Christine 3-1 Byo, Kirsten-DEN

FINALI Kirkby, Kaz-ENG 0-4 Readhead, Christine-ENG

Pari tal-Irgiel

Semi finali N.Attard/D.Attard 3-0 B.Milkins/Z.Quinn; D.Prins/W.Halliwell 3-0 S.Head/C.Jackson

FINAL I N.Attard/D.Attard 4-1 D.Prins/W.Halliwell

Pari tan-nisa

Semi finali S.Goebel/A.Wigmann 0-3 L.Woodrow/S.Chick; K.Bispham/K.Kirkby 3-1 B.Gabriel/S.Moldenhauer

FINALI L.Woodrow/S.Chick 4-1 K.Bispham/K.Kirkby

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association