Press Release: Kampjonati Ewropej WDF 2016

KAMPJONATI EWROPEJ WDF 2016 L-AQWA RIULTAT GHAL-MALTA; BRONZ GHAL-ATTARD

Fl-aħħar ġranet intalbu l-kampjonati Ewropej tad-darts f` Egmond Aan Zee, fl-Olanda bi tnejn u tletin pajjiż jikkompetu għal-numru ta unuri fejn Malta irnexxilhom jiksbu l-aqwa riżultati fl-istorja ta dawn il-kampjonati. It-tim klassifika fl-għaxar post overall u l-plejer Norbert Attard jirbaħ midalja tal-bronż fil-kompetizzjoni tas-singoli.

Fl-ewwel ġurnata tal-logħob it-tim Malti l ikkonsista min Norbert Attard, Albert Scerri, Gordon Stanmore u Vincent Busutill spiċċaw fil-quċċata tal-grupp b punti massimi, rebħiet kontra l-Lussemburgu (9-6); l-Iżlanda (9-4) u lĠermanja (9-4). Fil-fażi tal-aħħar sittax, sfaw eliminati (9-4) kontra l-Iskozja li qabel il-kompetizzjoni kienu kwotati bħala wieħed mil-favoriti għal-midalja tad-deheb. Din kienet l-ewwel darba li tim Malti kwalifika għall-fażi knock-out fil-kampjonati Ewropej jew mondjali.

It-tieni ġurnata intalbet il-kompetizzjoni tas-singoli fejn Norbert Attard rebaħ l-ewwel midalja għal-Malta f dawn ilkampjonati bi prestazzjoni brillanti l-inkludiet rebħiet kontra ic-champion tad-dinja tat-2015, Scott Mitchell tar- Renju Unit (4-3) u (4-1) kontra Darius Labanauskas tal-Litwanja li jinsab bir-rank numru wieħed fil-klassifika WDF. Attard ġie eliminat fis-semi finali kontra Richard Veenstra tal-Olanda li temm l-impenji tijew bil-midalja tad-deheb fissingoli u doppji. Veenstra elimina lil plejer iehor Malti fi triqtu għat-titlu, Albert Scerri fil-fażi tal-aħħar tnejn u tletin fl-logħba li ġiet deċiża fil-leg finali. Busutill u Stanmore sfaw eliminati min Lars Helsinnghof tad-Danimarka u McKinstry tal-Irlanda tan-Nord kmieni fil-kompetizzjoni. Fi tmiem it-tieni ġurnata, Malta kienet tokkupa ir-raba post fil-klassifika overall.

It-tielet ġurnata rat il-pari Maltin eliminati kmieni fil-kompetizzjoni tad-doppji fejn Attard/Scerri tilfu (3-4) kontra Samouchos/Krontiris tal-Greċja fl-ewwel rawnd u Stanmore/Busutill (0-4) fil-fażi tal-aħħar tnejn u tletin kontra O`Connor/Flood tal-Irlanda ta fuq li waslu sas-semi finali tal-kompetizzjoni.

Andre Zammit (public relations officer): “F isem il-Malta darts association, nixtiequ nirringrazzjaw u nawguraw lit-tim għar-riżultati pożittivi li kisbu li żgur ser jgħin l-isport ikompli jikber f pajjiżna”.

WDF Europe Cup 2016 – Unuri:

Irġiel overall – 1. L-Olanda; 2. L-Ingilterra; 3. L-Isvezja Irġiel tim – L-Ingilterra Irġiel singoli – Richard Veenstra (L-Olanda) Irġiel pari – Richard Veenstra / Wesley Harms (L-Olanda) Nisa overall – 1. L-Ingilterra; 2. L-Olanda; 3. Wales Nisa tim – L-Ingilterra Nisa singoli – Sharon Prins (L-Olanda) Nisa pari – Rhian Edwards / Rhian Griffiths (Wales).

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association