Press Release: Ħarsa lejn il-Malta Open 2016

MALTA DARTS OPEN 2016 NUMRU RECORD TA PARTECIPANTI

L-akbar kompetizzjoni fuq il-kalendarju lokali ta darts, l-Open ta Malta regat magħna u xejn anqas min 358 parteċipant min tnejn u għoxrin pajjiż reġistraw biex jikkompetu. Dan huwa rekord numru ta parteċipanti f din ilkompetizzjoni.

Id-disa’ u għoxrin edizzjoni ser tintalab fit-Topaz Hotel ġewwa il-Qawra bejn it-Tlieta 15 u l-Ħamis 17 ta Novembru b erbgħa titli għad-dispożizzjoni: L-individwali tal irġiel; individwali tan-nisa; Doppji tal-irġiel u doppji tan-nisa.

Fil-kompetizzjoni tal-irġiel 290 plejers rreġistraw fil-individwali u 139 fid-doppji li tfisser żieda ta 54% mil-edizzjoni preċedenti. Fil-lista ta plejers insibu lil Darius Labanauskas tal-Litwanja li huwa klassifikat numru wieħed fid-WDF; Madars Razma tal-Latvija – rebbieħ ta erbgħa ranking events f dan l-istaġun; David Carr tar-Renju Unit – semi finalist fl-Open tal-Iskozja u l-Masters tal-Ġermanja w Julio Barbero Gonzalez – plejer ranked numru tlieta fi Spanja. Numru kbir ta kompetituri lokali wkoll ser jipparteċipaw fejn ftit minnhom jieħdu s’hemm bl-għan li jgawdu l-esperjenza li tipprovdi din il-kompetizzjoni u oħrajn fejn l-għan prinċipali jkun li jirbħu l-unur, li ilu nieqes lil plejer Malti mil-1993.

Fil-kompetizzjoni tan-nisa in-numru ta plejers reġistrati żdied wkoll b mod sostanzjali fejn Ann-Kathrin Wigmann talĠermanja ser terġa tikkompeti bl-għan li tirbaħ it-titlu għat-tieni darba konsekuttiva. Lokalment ix-xena tad-darts femminili qeda tikber fil-popolarità u ma tkunx sorpriża jekk xi plejers lokali jipprogresaw għall-fażijiet finali talkompetizzjoni.

L-Open ta din is-sena ser jkun wieħed mil-events fuq il-kalendarju tas-solidarjetà bl-Isport, fejn donazzjonijiet ser jinġabru għal-Malta Community Chest Fund. Nhar it-Tlieta 15 ta Novembru, 5:55pm ser jinata bidu għall-kompetizzjoni blEċċellenza taha Marie Louise Coleiro Preca, President ta Malta; l-Onorevoli Chris Agius u l-president tal-assoċjazzjoni, Edward Bonnici kelliema fil-ftuħ tal-Open.

Għal-darba oħra l-assoċjazzjoni ser tittrasmetti live l-erbgħa finali, nhar il-Ħamis 17 ta Novembru fuq ic-channel ta YouTube tal-assoċjazzjoni. Aktar informazzjoni tista’ ssibuwa fuq il-paġna ta Facebook “Malta Darts Association”.

Il-programm tat-tliet ijiem:

It-Tlieta 15 ta Novembru:

6.30 p.m. Irġiel – Doppji sa l-aħħar 4.

7.00 p.m. Nisa – Doppji sa l-aħħar 4.

L-Erbgħa 16 ta Novembru:

5.30 p.m. Irġiel individwali sa l-aħħar 32.

6.30 p.m. Nisa individwali sa l-aħħar 16.

Il-Ħamis 17 ta Novembru:

5.30 p.m. L-aħħar 32 Irġiel individwali w Semi finali Nisa doppji.

6:00 p.m. L-aħħar 16 Nisa individwali w L-aħħar 16 Irġiel individwali.

6:20 p.m. L-aħħar 8 Irġiel individwali.

6.30 p.m. L-aħħar 8 Nisa individwali.

6:40 p.m. Semi finali Irġiel individwali.

7:00 p.m. Semi finali Irġiel doppji w Semi finali Nisa individwali.

7:45 p.m. Finali Nisa doppji.

8:30 p.m. Finali Irġiel doppji.

9:00 p.m. Finali Nisa individwali.

9.45 p.m. Final Irġiel individwali.

10:30 p.m. Preżentazzjoni.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association