Press Release: Bidu tal-kampjonat 2016-17

IL-55 EDIZZJONI TAL-KAMPJONATI NAZZJONALI

Wieħed u għoxrin ġimgħa ilu intemmu l-kampjonati tal-istaġun 2015/16 u issa ninsabu biss ftit ijiem il-bod mil bidu tal-kampjonat għall-istaġun 2016/17. Matul ix-xhur tas-sajf il-kumitat ħadem minajr weqfin biex jassigura li l-isport ikompli fuq it-triq it-tajba hekk kif bħalissa għaddej min eżerċizzju ta “re-branding” fuq vari aspetti.

IL-KAMPJONATI NAZZJONALI

Fl-ewwel diviżjoni l indikazzjonijiet juru li ser tkun battalja bejn tliet timijiet għal-unur prinċipali fejn ic-Ċhampions renjanti, Kalkara St Joseph flimkien ma Florjana Ajax A u n-neo promossi Mosta Horseshoe Bar A jibdew l-istaġun b target li jtemmu l-impenji tahom fil-quċċata tal-klassifika. Ftit hemm x tifred bejn il-ħames tims l oħra fid-diviżjoni u b hekk mistennija kompetizzjoni kumbatuta biex tiġi evitata ir-relegazjoni.

Fit-tieni diviżjoni kollox possibbli peress li xejn anqas min sitt mit-tmien timijiet jibdew l-istaġun bil-mira li jirbħu lpromozzjoni għal-għola diviżjoni.

Għal-istaġun 2016/17 ser jerġa jiġi introdott it-tielet diviżjoni li ser jiġi ikkontestat min seba’ timijiet ġodda.

Il-format tal-għola żewġ diviżjonijiet ser jinbidel wkoll fejn jintalbu żewġ rawnds u wara it-tims jinqasmu f żewġ gruppi, Championship u Relegation pools.

Il-logħob tal-ewwel ġurnata (07/10):

L-ewwel diviżjoni – BBugia Cox Sports Club A vs Kalkara St Joseph; Zejtun Beland Bullseye vs Mosta Horseshoe Bar A; Zejtun Juventutis Domus vs Floriana Ajax A; Gudja POs Bar A vs Bormla Bocci Club.

It-tieni diviżjoni – Floriana Ajax B vs Senglea M. Conquest; Cospicua Rangers vs Bugibba Munchies Pub; Mosta Bocci Club vs BBugia Cox Sports Club B; Hamrun Education Bar A vs Gudja POs Bar B.

It-tielet diviżjoni – Mosta Horseshoe Bar B vs St Pauls Diamonds; Mqabba St Mary BC vs Mgarr The Hatch Sports Bar; Bugibba Intercontinental Sun City vs St. Venera Red Square; Hamrun Education Bar B (Bye).

L-EWWEL EDIZZJONI TAL MALTA PREMIER LEAGUE OF DARTS

Introduzzjoni oħra ġdida ser tkun dik tal-Malta Premier League of Darts li ser tara numru kbir ta plejers lokali jikkompetu f fażi ta kwalifikazjoni fix-xhur ta Ottubru u Novembru, bl-għan li jiksbu post fil-fażi finali ta din ilkompetizzjoni fejn ir-rebbieħ jiġi inkurunat bħala ic-Ċhampion ta Malta għall-istaġun 2016/17. Il-plejers li jispiċċaw fit-tieni, it-tielet u raba post jinaqdu mar-rebbieħ biex jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali li fix-xhur tas-sajf ser jikkompeti fi tazza tal-Mediterran li ser issir fi Franza.

F isem il-Malta Darts Association nixtiequ nawguraw lit-tims kollha staġun ta suċċess.

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association