Malta International Darts Open – Press Release (MLT)

MARK LAYTON U DETA HEDMAN JIRBĦU L-UNURI FL-INDIVIDUALI

It-tletin edizzjoni tal-Malta International Darts Open ġiet fi tmiem nhar il-Ħamis 16 ta‘ Novembru fejn matul it-tliet ijiem ta‘ logħob rajna livell għoli ta‘ darts jintlagħab min numru ta‘ plejers. 290 irġiel u 80 nisa ipparteċipaw fil-kompetizzjoni individwali u 170 pari fid-doppji għal-total ta‘ 540 reġistrazzjoni.

Fil-kompetizzjoni tal-irġiel il-finali kienet kontestata min Mark Layton ta‘ Wales, ranked number 69 fid-dinja u iż-żagħżugħ Ingliż, Joe Davis bil-veteran Layton joħroġ rebbieħ bl iskor ta‘ 6-2. Apparti it-Trofew prestiġjuż, Layton rebaħ wkoll prize-money ta‘ 3.500eur. L-aqwa prestazzjoni għal-plejers lokali waslet min Andy Keen ta‘ Kalkara li kien eliminat mir-rank numru wieħed tal-kompetizzjoni, Richie Edwards ta‘ Wales 4-2 fil-fażi ta‘ l-aħħar sittax. Godfrey Abela u Norbert Attard ġew eliminati rawnd qabel ma l-aħħar 32.

Fil-kompetizzjoni femminili din is-sena kellna jikkompetu xejn anqas min sitta mil-ewwel għaxar ranked plejers mondjali. Il-kwarti tal-finali kienu kontestati mil-ewwel tmien seeds tal-kompetizzjoni bil-plejer ranked numru 2 fid-dinja – Deta Hedman tal-Ingilterra toħroġ rebbieħa fejn fil-kwarti tal-finali għelbet lil Maret Liiri tal-Finlandja 4-0, lil-plejer numru sitta tad-dinja Corrine Hammond tal-Awstralja 4-2 fis-semi finali u rebħa oħra ta‘ 4-2 fil-finali kontra Aileen de Graaf tal-Olanda li tinsab ranked numru tlieta fid-dinja.

Il-pari tal-irġiel intrebħet min Paul Williams, rebbieħ tat-titlu individwali fl-edizzjoni 2016 u l-partner tijew Andy Chalmers fejn fil-finali rebħu bla problemi kontra Paul Wenn u Steve Carrett bl iskor ta‘ 4-0. Ta‘ min isemmi li f‘ din il-kompetizzjoni l-par Malti ta‘ Enrico Scerri u Danijel Serences waslu sal-fażi tal-kwarti tal-finali fejn kienu megħluba mil-finalisti Wenn u Carrett. Il-kompetizzjoni pari femminili kienet iddominata mil-omm (Champion ta‘ dinja) u bintha, Lisa u Danielle Ashton fejn fil-kompetizzjoni kollha tilfu biss legg wieħed. Fil-finali rebħu bl iskor ta‘ 3-1 lil par Ingliż ta‘ Laura Patton u Tracy Curry.

F isem il-Malta Darts Association nixtieq nirringrazzjaw lil kull min kien ta‘ għajnuna f‘ dan l-Open u nassiguraw li ix-xogħol diġà beda biex il-kompetizzjoni tas-sena dieħla tkun ikbar u aħjar. TVM2 se jkun qed iwassal programm speċjali fil-jiem li ġejjin dwar il-Malta International Darts Open 2017. Għal-aktar informazzjoni, ritratti, videos, intervisti u aktar żuru l-paġna uffiċjali www.dartsmalta.com u l-paġna ta‘ Facebook u YouTube tal-Malta Darts Assocation.

Individwali tal-Irgiel

Kwarti tal-finali

R.Edwards-WAL 2-4 J.O’Shea-IRE, F.Carragher-IRE 1-4 J.Davis-ENG, S.Carrett 3-4 C.Van Cleef-NL, M.Layton-WAL 4-1 C. Jackson-ENG

Semi finali

J.O’Shea-IRE 4-5 J.Davis-ENG, C.Van Cleef-NL 1-5 M.Layton-WAL

FINALI

J.Davis-ENG 2-6 M.Layton-ENG

Individwali tan-nisa

Kwarti tal-finali

D.Hedman-ENG 4-0 M.Liiri-FIN, F.Sherrock-ENG 0-4 C.Hammond-AUS, A.De Graaf-NL 4-2 D.Ashton-ENG, C.Gallagher-ENG 4-3 L.Ashton-ENG

Semi finali

D.Hedman-ENG 4-2 C.Hammond-AUS, A.De Graaf 4-1 C.Gallagher-ENG

FINALI

D.Hedman-ENG v A.De Graaf-NL 4-2

Pari tal-Irgiel

Semi finali
P.Wenn/S.Carrett 4-3 G.Siegfried/W.Halliwell, M.Taylor/M.Woods 2-4 A.Chalmers/P.Williams

FINALI

P.Wenn/S.Carrett 0-4 A.Chalmers/P.Williams

Pari tan-nisa

Semi finali
L.Ashton/D.Ashton 3-0 S.Goebel/A.Wigmann, K.King/M.Perrin 1-3 L.Patton/T.Curry 1-3

FINALI

L.Ashton/D.Ashton 3-1 L.Patton/T.Curry

Regards,

Andre Zammit | Public Relations Officer | Malta Darts Association